jesusandmary

SAN NIKOLA MINN TOLENTINO IL-QADDIS PROTETTUR TA’ L-ERWIEH TAL-PURGATORJU.

Compagnonus de Guarutti u Amata de Guidiani ma kellhomx tfal. Huma ghamlu pellegrinagg lejn is-Santwarju ta’ San Nikola ta’ Bari u hemm f’riglejh talbuh jintercedi ghalihom quddiem Alla biex ikollhom tarbija. Wara rritornaw lura lejn darhom gewwa l-villagg ta’ Sant’Angelo f’Pontano u kellhom tifel. Meta kien ghadu zaghzugh impressjona ruhu bit-taghlim tal-patrijiet agostinjani u talabhom li jinghaqad maghhom meta kellu biss sittax-il sena. Sentejn wara dahal fra u meta lahaq l-eta’ ta’ hamsa u ghoxrin sena gie ordnat sacerdot.

Huwa hadem bla heda biex inissel il-paci. Kien influwenzat mill-hajja ta’ eremiti li kienu jghixu gewwa Brettino fi spirtu ta’ faqar, talb u penitenza. Billi dawn l-eremiti kienu jaghmlu parti mill-ordni agostinjana, Nikola talab biex imur maghhom. Hemm resaq aktar ‘l quddiem fil-qdusija u garrab dehriet mis-sema. Huwa ntbaghat gewwa Tolentino fejn hemm qatta’ l-ahhar tletin sena ta’ hajtu. Alla zejnu bid-don li jopera hafna mirakli fosthom li ta hajja mill-gdid lil mitt tifel u tifla li tilfu hajjithom f’gharqa.

Kien devot hafna ta’ l-erwieh tal-purgatorju u kien ixerred din d-devozzjoni fost il-poplu ta’ zmienu. Kull meta kien jimxi fit-triq kien jitlob ghal erwieh tal-purgatorju. Kellu intercessjoni qawwija quddiem Alla ghal dawk li jkunu mietu. U meta l-poplu sar jaf b’dan kienu jmorru jitlobuh biex jintercedi ghall-familjari taghhom li telqu qabilhom minn din id-dinja.

Dawn huma zewg grajjiet mill-hafna li juru l-intercessjoni li hu kellu ghal erwieh tal-Purgatorju. Kien is-Sibt filghaxija, waqt li San Nikola kien mixhut fuq is-sodda, sema’ vuci ta’ xi hadd li l-qaddis gharaf bhala l-fra li kien jaf sew. Il-fra gharraf lil San Nikola li hu kien qed isofri fil-purgatorju u talbu biex joffri quddiesa ghalih u ghal erwieh ohra li kienu ghaddejjin mill-istess tbatija biex jinhelsu minn dan il-lok ta’ turmenti. Dik il-gimgha kollha San Nikola offra il-quddies ghar-ruhhom. Fi tmiem il-gimgha l-habib tieghu l-fra Pellegrino deherlu ghal darb’ohra biex jgharrfu li tela’ fit-tgawdija eterna flimkien ma’ erwieh ohra. Irringrazzjah ghal dan l-att ta’ karita’ li ghamel mieghu u ma’ l-erwieh l-ohra tal-purgatorju.

Jum iehor waqt li San Nikola kien qed jixghel xema quddiem is-Sagrament, sema vuci tghajjatlu. Inhasad u haseb li kien ix-xitan li gie bhas-soltu biex jittentah. Imma kien huh Gentile li miet gimghatejn qabel. Deherlu biex jinfurmah li sehh miraklu kbir. Kien salva ruhu. ”Jiena huk Gentile, Nikola. Tiddubitax minn dan. Kien talbek u l-penitenza tieghek li helsu lir-ruhi minn dannazzjoni eterna certa.”

Fis-sena 1884 il-Papa Ljun XIII ipproklamah bhala l-qaddis protettur ta’ l-erwieh tal-Purgatorju.

U inti ser tibqa’ passiv quddiem il-htigijiet ta’ hutek li telqu qabilna?

Dur lejn Alla u itlobu l-aktar permezztal-quddiesa ghall-helsien taghhom minn dan il-lok ta’ sofferenzi.

Talli taghmel dan ser jibqghu jafuhulek.

Make a free website with Yola