jesusandmary

IL-VANITA’ U L-PERIKLI TAGHHA.

Il-Vanita’ hija wahda mir-ragunijiet ghala ahna mmorru nbatu fil-purgatorju.

Erwieh li jigru wara il-vanita’ tad-dinja, jkollhom jghaddu mit-tbatijiet tal-purgatorju. Ejjew nifthu r-rivelazzjonijiet ta’ Santa Brigita u fir-raba’ ktieb naqraw li hija giet mehudha bl-ispirtu taghha fil-Purgatorju u fost tant erwieh ibatu rat wahda zaghzugha ta’ klassi gholja li kienet tigri wara l-lussu u l-vanita’ tad-dinja.  Din ir-ruh sfortunata rrakontatilha l-istorja ta’ hajjitha u d-dieqa li kienet fiha.

“Nirringrazzja lill-Mulej,” qaltilha,” li qabel ma hallejt din id-dinja qerrejt dnubieti u hekk irnexxili nehles mit-telfien ta’ dejjem. Kemm kont nizzejjen biex nigbed l-attenzjoni ta’ dawk ta’ madwari....issa qed inhossni niggennen b’dawn il-fjammi li jiena mdawra bihom.....it-torturi huma hawn insapportabbli”

“L-ghaziza ommi kienet il-htija ta’ dan kollu.  Kienet hi li hajritni li naghzel it-triq tal-pjaciri u nfieq bla razan....kienet hi li maghha kienet iggorni ghall-festini u zfin u laqghat ohra li kienu okazzjoni ta’ rovina ta’ l-erwieh....jekk jiena qieghda nbati hawn u mhux fl-infern hija grazzja tal-Hanin Alla li mess lil qalbi bil-grazzja ta’ indiema sinciera.”

Il-beata Marija Villani, religjuza dumnikana giet ukoll mehuda bl-ispirtu fil-purgatorju fejn bosta erwieh kienu ghaddejjin minn hafna tbatijiet, imma li mpressjonaha kienet ruh partikulari li kienet ghaddejja minn turmenti horox hafna.

Is-soru azzardat  tistaqsi lil din ir-ruh ir-raguni ta’ dawk it-turmenti.

U t-twegiba li rceviet kienet din: “ Il-vanita’ tad-dinja hija r-raguni ta’ dan.  Fid-dinja aktar tajt kaz tal-pjaciri, d-dehra tieghi quddiem is-socjeta’ u t-tgawdija bla razan. Ftit kont nahseb tad-doveri tieghi bhala nisranija u meta tajt kaz dan ghamiltu b’nuqqas ta’ interess u bl-addocc.

L-iskop principali tieghi kien li joktru l-interessi tal-familja tieghi.  Issa arani kif jiena kkastigata.  Hadd minn dawk li fil-hajja kont ninteressa ruhi fihom ma jahseb fija... la uliedi, la tal-familja u anqas il-hbieb, li jghidu li kienu ntimi mieghi ...kulhadd insieni.”

Nipprokuraw li fuq l-esperjenza ta’ hutna, nhaddmu sew iz-zmien taghna fuq l-art ghax ghad jasal lejl li fih hadd ma jista’ jahdem aktar.

Aktar jaqblilna li naharbu dak li jbieghdna minn Alla u npattu ghan-nuqqasijiet taghna milli nahsbu li haddiehor ser jiftakar fina.

 

Make a free website with Yola