jesusandmary

SANTA GERTRUDE TITKELLEM FUQ L-PURGATORJU.

Santa Gertrude kellha gibda kbira lejn il-Knisja Purganti jew il-Knisja Sofferenti, fi kliem iehor lejn l-Erwieh tal-Purgatorju. Kull darba li kienet tersaq lejn –Ewkaristija kienet titlob lil Gesu’ biex jitfa’ u jxerred il-Hniena tieghu fuqhom. Waqt tqarbina, hija ghamlet esperjenza ma’ Gesu’ fil-Purgatorju. Semghitu jghid: “ Fit-tqarbin imqaddes jiena nehles mill-purgatorju lil dawk li ghalihom inti titlobni.“

U wara t-tqarbin il-Mulej Gesu’ kien jehles aktar erwieh milli hi kienet tilob ghalihom. Darba meta Gertrude kienet qed titlob b’herqa kbira ghal-erwieh mqaddsa hija staqsiet lill-Mulej Gesu’ kemm erwieh il-Hniena Tieghu kienet ser tehles. Huwa wegibha: ”Jekk re ta’ qalb tajba jhalli fil-habs, minhabba l-gustizzja, habib tieghu li nstab hati, huwa jistenna b’xewqa kbira li xi hadd minn nobbli tieghu jidhol ghal dak il-prugunier u joffri xi haga b’rahan biex jinheles. Imbaghad ir-re jehilsu bil-ferh. Daqshekk iehor jiena. Jiena naccetta bi pjacir kbir dak li xi hadd joffrili ghal dawn l-imsejkna erwieh ghaliex huwa gost ghalija li jkolli hdejja dawk l-erwieh li jiena ghalihom hallast prezz hekk gholi. Bit-talb tieghek jiena nobbliga ruhi li nehles mill-purgatorju habsi kull darba li inti taghmel hekk.”

Il-Mulej Gesu’ ghallem lil Gertrude ghal min ghandha l-aktar titlob. Fil-jum li fih il-kommunita’ ikkommemorat flimkien il-mewt tal-genituri taghhom, Gertrude rat erwieh ferhana jitilghu mid-dlamijiet tal-Purgatorju bhal xintilli minn fjamma. Hija staqsiet lil Gesu’ jekk dawk kienux kollha il-familjari tal-kommunita’.

U Gesu’ wegibha: “Jiena hu l-eqreb qarib tieghek, missierek u ommok. Ghalhekk hbiebi huma l-eqreb qraba ghalik u dawn huma fost dawk li jiena hlist mit-turmenti tal-purgatorju.”

Jum wiehed waqt li kienet qed titlob, Gertrude ndunat b’persuna li kienet qieghda bilwieqfa hdejn il-Mulej, bil-qieghda fuq it-tron tal-glorja tieghu u f’idejh kellu libsa mzejna mill-aqwa, li pprezentahielha imma ma libbisilhiex. Il-qaddisa baqghet tassew mistghagba u qaltlu: “Meta ghamiltlek talba simili ftit jiem ilu Inti hadt mill-ewwel lil dik ir-ruh tal-povra mara fil-glorja tal-genna. U issa Inti ma libbistx lil din il-persuna bil-libsa li wrejtha u li tant tixtieq tilbes, ghall-merti tal-grazzji tieghek.”

U l-Mulej wegibha: “Meta xi hadd joffrili xi haga ghal-erwieh tal-purgatorju jiena nutilizzaha skond kif nara l-ahjar. Inqassam il-hniena u l-mahfra tieghi skond il-gudizzju rett tieghi.”

Din il-qaddisa kiteb talb a ghall-helsien ta’ l-erwieh mill-purgatorju: MISSIER ETERN JIENA NOFFRILEK ID-DEMM PREZZJUZISSMU TA’ IBNEK DIVIN FLIMKIEN MAL-QUDDIES KOLLU LI JINGHAD FID-DINJA MATUL DAN IL-JUM, GHAL-ERWIEH IMQADDSA TAL-PURGATORJU, GHALL-MIDIMBIN KOLLHA TAL-KNISJA UNIVERSALI, TA’ DARNA U TAL-FAMILJA TAGHNA AMMEN.

(jinghad li meta wiehed jghid din it-talba bid-devozzjoni u attenzjoni Alla jehles hafna erwieh mill-purgatorju)

Make a free website with Yola