jesusandmary

 

 

Alla dejjem ihobb

Wara li spicca l-quddiesa tal-Hadd il-kappillan ra li kienet sebhet gurnata xitwija sabiha wara tlett ijiem ta’ maltemp u telqilha lejn il-kampanja biex jiehu ftit arja pura u mistrieh. Kellu bzonnha hafna dik il-ftit bidla ghax dik il-gimgha hlief tahbit u inkwiet ma rax ma wiccu. Laqghat, funerali, l-maltemp li ghamillu hsara fil-knisja tar-rahal ghax sajjetta laqtet il-kampnar u l-perit tah parir biex ihottu u jibnih mill-gdid ghax kien fi stat perikoluz. Ma kienx hemm x’ma inqalax.

Kif kien ghaddej minn hdejn ghalqa, fuq il-bejt ta’ razzet lemah pinnur daqsxejn stramb, ghax fuqu kellu l-kliem “Alla Jhobbok”.

“Mhux sewwa hemm dik il-kitba, qal bejnu u bejn ruhu. “L-imhabba t’Alla ma ghandekx torbotha ma’ pinnur ghax dan idur ma’ kull rih meta fil-fatt l-imhabba t’Alla hija soda daqs il-blat. Nara ta’ min hu u nghidlu.”

Sar jaf li dak ir-razzet kien ta’ Nonu l-Bajtra. Mar id-dar tieghu u qallu b’dak li kellu f’mohhu. Imma Nonu l-bidwi wiegbu: “ Sur kappillan jiddispjacini nghidlek li fhimt kollox bil-maqlub. Il-pinnur jurik id-direzzjoni tar-rih. U jigi minn fejn jigi r-rih, Alla jhobbna dejjem u bla waqfien, anke meta d-direzzjoni taghna tkun kontra id-direzzjoni t’Alla..”

Ghandek xi dubbju li Alla f’xi mument ta’ hajtek waqaf ihobbok? Kieku hu hekk ahna bnedmin mitlufa. Ahseb ftit u ara li Alla dejjem habbek u gera warajk anke meta inti hrabtlu. Jghidilna s-salm li jekk mara tasal biex tinsa lil uliedha, Alla jiftakar f’uliedu lejl u nhar.

Make a free website with Yola