jesusandmary

IMHABBA TA’ MISSIER GHAL BINTU

Storja vera li grat lil Mary Noble u lil habibtiha li dahlu f’restaurant gewwa Birmingham. Il-waiter resaq fuqhom u talabhom biex jiehu l-ordni taghhom.

Kif kienu qed ihawdu z-zokkor fil-kafe jahraq, huma semghu cempila ta’ telefon li kien hemm hdejn il-kaxxier u billi l-mejda taghhom kienet qrib tieghu, ma setghux ma jisimghux it-tahdita li saret bejn il-kaxxier u l-persuna fuq in-naha l-ohra tat-telefon.

“The Diner,” wiegeb il-kaxxier xaghru lewn il-fidda.

Kliemu kien taz-zokkor. “ Ghidli honey,” irrispondi l-kaxxier meta nduna mill-vuci min kienet il-persuna fuq in-naha l-ohra.

Minghajr ma riedu  bdew jissemghulhu. Il-kurzita’ ghelbithom u waqfu minn dak li kienu qed jghidu bejnithom.

“Fejn inti qieghda ghaziza?”.  Huwa stenna ftit ghar-risposta u kompla: “ Tinsiex il-kamera.” Pawsa ohra. “Tinsiex, poggieha fil-basket u tghaddix biha mid-detector.  U l-flus poggejthom fil-kartiera?” Stenna ftit mument ohra u qalilha: “ OK, mela, sweetheart. Cempilli l-ewwel haga kif tasal biex nara li kollox sew u wasalt qawwija u shiha.”

Hu tbissem u qalilha l-ahhar kliem: “ Inhobbok, ghaziza tieghi. Bye u hu hsieb.”

Iz-zewg nisa kkonkludew li kienet bintu u li ghal eta’ tieghu kienet haga stramba li jkellimha b’dak il-mod jekk kienet zaghzugha.

Il-kaxxier induna li l-konversazzjoni tieghu ma zammhiex privata billi lehnu kien kemmxejn gholi. Gharaf ukoll li dawk iz-zewg nisa semghu kollox. Imbaghad dar lejhom u qalilhom: “ Skuzawni jekk lehni kien gholi xi ftit u telliftkom. Binti kienet dik.”

Mary Noble dawret ghonqha u wegbitu bi tbissima: “ Haga sabiha hafna tisma’ missier jitkellem hekk ma’ bintu.”

“Ghandha hamsin sena.” U qabel ma dak il-kumment seta’ jghezzizhom, kompla,” Ghandha l-multiplescleosis.  Ma tantx marret ‘l quddiem f’dawn l-ahhar hames snin.  Sejra Washington.” Dam xi mumenti fit-tul qabel rega’ tkellem. “ Kemm inhobbha lil dik it-tifla. Hija ommha fotokopjata. Sejra ftit tistrieh ghand zijitha.”

Dik id-diskursata baqghet impressjonata f’mohh iz-zewg nisa. Iltaqghu ma’ missier li ma stahax jghid lil bintu “jiena nhobbok.” U dan quddiem nies li ma jafuhx.


Bhal dan il-missier, il-missier taghna wkoll ihobbna, hadem ghalina biex tlajna irgiel u nisa tajba. Min jaf kemm ghamel sagrificcji biex rana ferhana u ha hsiebna biex ma nitfixklux fil-problemi tal-hajja. Grati ta’ dan? Niftakru fih fit-talb taghna? Niftahru ma’ haddiehor kemm stinka ghalina?


Make a free website with Yola