jesusandmary

 


IT-TRIQ GHAS-SUCCESS


Zring kien qed jaqbez madwar razzett u jew minhabba li kien traskurat jew li kien kurjuz izzejjed, waqa’ gewwa barmil nofs mimli bil-halib frisk.

Ipprova jaqbez billi jimbotta fuq saqajh ta’ wara mal- qiegh tal-barmil, imma sab li l-barmil kien pjuttost fond ghalih, kreatura hekk ckejkna. Imma z-zring kien determinat li jkompli jithabat biex jehles u jerga’ jsib il-liberta’

Huwa tghawweg, u dar u thabat imma kien kollu ghalxejn. Fl-ahhar  sab li b’dak it-tahwid u taqlib li kien ghamel fil-halib, il-halib sar balla butir maghqud. Il-butir kien issa soldiu u setgha johrog mill-barmil.


QATT TAQA’ QALBEK, IZDA B’KURAGG KBIR AFFRONTA S-SITWAZZJONI.

Din l-istorja tfakkarni fi storja ohra ta’ tfuliti meta re safa melghub mill-ghadu tieghu u flimkien mal-ftit suldati li baqghu mieghu, harab u sab kemm gewa ghar. Waqt li kien jistrieh ghajnejh marru fuq brimba li kienet qed tinseg l-ghanqbuta taghha madwar toqba.

Meta waslet biex minn naha tmur ohra halli twahhal il-hajta biex fuq tkompli tinseg l-ghanqbuta taghha, waqghet kemm il-darba, izda fl-ahhar irnexxilha tmur in-naha l-ohra tat-toqba. 

Minn hemm ‘l quddiem kienet haga hafifa li tkompli.

Ir-re tghallem minnha biex ma jaqtax qalbu; fejn hemm il-hajja hemm it-tama. Huwa gabar il-ftit suldati li baqaghlu u b’kuragg akbar minn ta’ qabel hadha kontra l-ghadu tieghu. U rebahlu.


QATT TAQA’ QALBEK, IZDA B’KURAGG KBIR AFFRONTA S-SITWAZZJONI. IL-PERSEVERANZA HIJA T-TRIQ GHAS-SUCCESS.


Make a free website with Yola