jesusandmary

It-Tuffieha

 Ta’ kull filghodu r-re setghani u sinjurun ta’ Bengodi kien jircievi rigal minghand is-sudditi tieghu. Kien rebah dak kollu li re jista’ jirbah u billi ma kien fadallu jaghmel xejn hassu mdejjaq.

Puntwali fost is-sudditi tieghu kien hemm wiehed fqir li minghajr ma kien jghid kelma kien joffri tuffieha lir-re u jirtira.

Ir-re li kien imdorri li jircievi r-rigali, ma tantx kien jiehu pjacir meta jum wara l-iehor kien jircievi l-istess rigal ghalkemm biex ma jiksirx lill-fqir kien jaccettah.  Meta kien jitlaq il-fqir kien izeblah ir-rigal li jkun qala’.

Imma l-fqir qatt ma qata’ qalbu. Kuljum kien joffri tuffieha lir-re li kien ipoggiha f’cestin.  Issa li ghaddew xi ftit tal-jiem kellu tuffieh mhux hazin.

Jum wiehed xadina li kien izomm ir-re hadet wahda minn dawn it-tuffieh u wara gidma irmiet kollox fl-art. Ir-re sorpriz lemah li fil-qalba tat-tuffieh kien hemm hagra prezzjuza. Ordna li t-tuffieh kollu jinqasam u fil-qalba ta’ kull frotta sab hagra prezzjuza.

Meta rega’ gie il-fqir qallu: “ X’ifisser dan kollu?”, filwaqt li urieh munzell hagar prezzjuz u t-tuffieh kollu maqsum.

Il-fqir wiegeb: “ Gibtlek dan il-frott kollu sire, biex inti tinduna li l-hajja toffri rigal mhux tas-soltu, kull jum li jisbah, rigal li inti tinsa’ u twarrab ‘l boghod minnek ghaliex inti mohhok wisq fir-rikkezzi u l-unuri.  Dan ir-rigal huwa jum gdid li ser jibda.”


KEMM NIEHDU KULL JUM LI JISBAH FUQNA B’DIN L-ATTITUDNI, JIGIFIERI LI SEBAH JUM GDID B’BARKIET U BENEDIZZJONIJIET GODDA.?


Make a free website with Yola