jesusandmary

IL-HAGRA BLU.


Il-gojellier kien qieghed jistenna li jidhol xi hadd biex jixtri xi haga. Minn wara l-bank seta’ jilmah tifla ta’ seba’ snin titfa’ wiccha mal-hgiega tal-vetrina thares attenta lejn il-kullana tal-hagra blu. Kienet tiswa’ mhux hazin.

It-tifla dahlet gewwa u qalet lis-sid tal-hanut: “ Irrid dik il-kullana tal-hagra blu.” Tal-hanut stghageb u saqsa lit-tifla kemm kellha flus.

It-tifla fethet il-basket u harget minnu bott tal-halib li fih kienet iggemma’ il-flus. Xerrdet kollox fuq il-bank tal-hgieg u qaltlu: “Dawn bizzejjed? Ghax xtaqt naghti rigal lil ohti li llum taghlaq sninha. Minn meta mietet ommi dejjem hadet hsiebi u qatt ma kellha sekonda wahda ghaliha. Xtaqt kieku npattilha xi ftit minn dak li ghamlet mieghi.”

Dak li hareg mill-karus ma kienx bizzejjed biex tixtri gelat ahseb u ara gizirana ta’ dak il-prezz. Imqanqal mill-innocenza tat-tifla u s-sincerita’ taghha, dahal gewwa u kebbibilha l-kaxxa bil-gizirana f’karta sabieha hafna u qalilha: “ Hawn ha mur u zommha tajjeb.”

It-tifla rringrazzjatu u marret tatiha lil ohtha.

Siegha wara, ohtha marret lura ghand il-gojellier u qaltlu: “ Din il-gizirana minn hawn inxtrat, hux hekk?”

“Iva, sinjorina.”

“U kemm swiet?”

“ Dik haga kunfidenzjali bejn il-klient tieghi u bejni bhala l-bejjiegh.”

“Imma ohti ftit soldi biss kellha. Qatt ma setghet tixtri dik il-kullana li tiswa’ hafna flus.


Il-gojellier qabad mill-gdid il-pakkett, qarstu f’karta ohra gdid u qal lis-sinjorina: “ Ohtok diga hallset u hallset il-prezz l-aktar gholi. Tat dak kollu li kellha.”


Make a free website with Yola