jesusandmary

IS-SINJAL

Bahri fuq vapur merkantili spicca nawfragat wahdu fuq gzira waqt tempesta qalila li farrket il-vapur u garret kollox lejn il-blat. Kienet blata kbira li fuqha ma kien joqghod hadd. Talab hafna lil Alla biex jibghatlu vapur halli jkun jista' jsalvawh. Kuljum kien jitla’ fuq l-oghla parti tal-gzira bit-tama li jara xi vapur ghaddej mill-qrib, imma meta ghaddew ftit granet irrasenja ruhu u beda’ biex jara kif ser jaghmel halli jibni hajtu hemm.

Bil-mod il-mod bena’ gharix mill-zkuk u l-haxix li kienet tipprovdi l-gzira u anke garr xi fdalijiet tal-vapur, li tefa’ il-mewg fuq il-blat.

Jum wiehed ghamlet ziffa rih qawwija u l-fjamma tan-nar li bih kien qed isajjar l-ikel, tajret xi xrar tan-nar fuq il-haxix niexef ta’ l-gharix u fi ftit sekondi sar huggiega wahda. Dak kollu li kien hadem ghalih safa’ fix-xejn. Duhhan iswed tqil tela’ ‘l fuq fis-smewwiet. 

Ir-ragel flok indanna, nizel gharkubtejh u talab hekk: “ Ghaliex Mulej grali hekk, ghaliex?” u beka’.

Ftit sighat wara vapur ittrakka kemm setgha’ mal-gzira u xi bahrin nizzlu dghajsa biex jaraw x’seta’ gera’.

Ir-ragel staqsa: “Kif stajtu tindunaw li kont hawn jiena?”

“Ghaliex rajna dahna kbira u gejna naraw x’seta’ kien,” wegbuh il-bahrin.

HABIB,

IL-PROBLEMI TIEGHEK TAL-LUM HUMA SINJAL GHALL-GRAZZJA FUTURA GHALIK. ALLA JIGI LEJK U JSALVAK. ITTAMA FIH U QAWWI QALBEK.


Make a free website with Yola