jesusandmary

IT-TABERNAKLU U L-BIDWI

Il-kurat t’Ars dejjem kien jara ragel fil-knisja tieghu gharkutbejh quddiem is-sagrament. Kien jaf li kien bidwi mill-parrocca tieghu.

Kien jinnutah minghajr ma jiccaqlaq ghal bosta hin, jhares fiss lejn it-tabernaklu. Anqas xuftejh ma kien iharrek.

“Mela x’jitlob?” gietu l-kurzita l-kappillan.

Jum wiehed il-kurat ried jaqta’ il-kurzita’. Resaq fuqu u staqsieh: X’toqghod taghmel hekk fit-tul?

“Semplici. Jiena nhares lejh u huwa jhares lejja.”

Ma hemmx bzonn li tmur imhejji quddiem Gesu’ Sagrament. Mur kif inti bit-toqol tieghek, bil-bezghat tieghek, bid-distrazzjonijiet tieghek, bit-tahwid tieghek, tamiet u anke dnubiet tieghek.

Gesu’ jilqghek b’dawn il-kelmiet: “Jiena qieghed hawn, ghalik.”


“Ejjew intom ta’ qalbkom imtaqqla u jiena nfarragkom.” Din hi l-weghda ta’ Gesu’ li jrid ixerred il-barkiet, il-hniniet u l-imhabbiet tieghu fuqna l-bnedmin. Iva qed jistenniena kuljum kemm filghodu u kemm filghaxija. Tfalliex.

Make a free website with Yola