jesusandmary

 

IL-JIEM MOHLIJA


Ernest kien ragel sinjur u xtara villa fil-kampanja biex igawdi ftit mistrieh. Ftit jiem wara, ra ragel hiereg mill-bieb ta’ wara b’kaxxa fuq spalltu u ghabbieha fuq trakk. Ma lahqux biex jistaqsih ghaliex hareg b’kaxxa mill-villa minghajr ma kien jaf hu.

Segwih bil-karozza tieghu u rah jieqaf bit-trakk quddiem hofra kbira u rema’ l-kaxxa.  Fil-hofra kien hemm numru ta’ kaxxi ohra identici. Kien sejjer jitlaq meta Ernest ikkonfrontah u qallu: “X’kien hemm f’dik il-kaxxa li biha hrigt mill-villa tieghi?”

Ir-ragel hares lejh u bit-tbissima qallu: “Huma l-granet.”

“Xi granet?”

“Il-granet tieghek. Il-granet tieghek mitlufa.”

Ernest ma riedx jemmen u nizel fil-hofra u fetah kaxxa. Fiha lemah kamra fi sptar u fuq sodda kien hemm huh Goswe’ marid sew u kien qed jistenna li huh jigi jarah. Imma Ernest kien imhabbat fin-negozju. 

Fetah ohra u ra triq li fiha lil Graziella, is-seftura li kellu fid-dar ta’ qabel ma gie fil-villa, kienet sejra lura d-dar taghha tikbi ghaliex kien kecciha. Ghalxejn talbitu biex ihenn ghaliha ghax ommha kienet marida, huwa kellu qalb iebsa u kecciha mix-xoghol ghax waslet tard. 

Fetah ohra u ra patri jitlob il-flus ghan-nom tan-nies tal-missjoni tieghu biex dawn ma jibqghux ibatu l-faqar u l-injoranza u hu flok tah karita’ qallu biex jghid lin-niesu jahdmu jekk iridu jaqilghu l-ghexien.

“Sinjur,” qallu Ernest, “Hallini niehu lura ghal inqas dawn it-tlett ijiem. Nitolbok. Jiena sinjur hafna u kulma trid naghtik.”

Ir-ragel tat-trakk xengel tnejn rasu u qallu: “ Impossibli. Ma hemmx rimedju ghal dawn it-tlett ijiem.”

U Ernest ma rahx aktar. U mieghu ghebet ukoll il-hofra bil-kaxxi.


HABIB,

FTAKAR LI L-JIEM TA’ HAJTEK MAGHDUDA U MA TISTAX TITLEF IMQAR JUM WIEHED BISS. DAK LI TISTA’ TAGHMEL IL-LUM AGHMLU L-LUM, THALLIHX GHAL GHADA. GHADA JISTA’ JKUN TARD. WISQ.



Make a free website with Yola