jesusandmary

TGERGIRX...IZDA AGHMEL XI HAGA.


Ix-xih hareg il-kaxxa taz-zraben li fiha kellu xi affarijiet li ghalih kienu ta’ htiega, ghal ohrajn imbarazz. Kien isejhilha l-kaxxa magika ghaliex kull ma kien irid kien isib. Gerfex tnejn b’subghajh u sab dak li kellu bzonn: vit u skorfina. Telaq mill-kamra u halla l-kaxxa miftuha.

Fost l-imbarazz kien hemm bicca hajta tal-qoton twila tlett pulzier. Tmattret ghax kien ilha ma tara naqra dawl. U bdiet tgerger wahda wara l-ohra, xi kultant b’lehen ftit gholi biex jsimaghha l-imbarraz l-iehor.

“ O li kieku kont xi ftit itwal, kont inservi ghal xi haga. Forsi ghal xi jersey tax-xitwa biex wiehed jishon meta jkun il-bard. Jew forsi kont inservi biex xi tfajjel jorbot mieghi t-tajra u jtajjarha. Anqas kulur ma fadalli. Ma jiena tajba ghal xejn.”

Ghoqda xema semghitha tghid hekk u pproponitilha pjan. “Isma’ din l-idea tieghi. Ejja naghmlu xi haga t-tnejn flimkien. Veru li ma nistghux inkunu xi xema ta’ l-artal jew xema biex inzejnu xi salott. Inti qasira u jiena ma tantx hemm volum fija. Flimkien nistghu nkunu xema tixghel li naghtu dawl u shana x’imkien. Ahjar hekk milli noqoghdu ngergru.”

Il-hajta tal-qoton ghogbitha l-idea u t-tnejn flimkien saru xema li wiehed seta’ jixghelha.

Filghaxija x-xih gie ghal xi haga ohra u sab ix-xema. Hadha, xeghlha quddiem il-Madonna li taghha kien wisq  devot, qal xi talb u raqad.

U t-tnejn flimkien, ix-xema u l-hajta tal-qoton indunaw li l-hidma taghhom ferrhet lix-xih ghax dan wera’ imhabbtu lejn ix-xbiha marjana u dawlulhu d-dlam tal-kamra tieghu


HABIB,

THALLI QATT IT-TGERGIR IKUN EFFETT TA’ XI CIRKUSTANZA NEGATTIVA FIL-HAJJA TIEGHEK, IZDA BIL-KURAGG KOLLU ARA X’TISTA’ TAGHMEL BIEX IC-CIRKUSTANZA NEGATTIVA TIBDILHA F’WAHDA POSITTIVA. HEKK TKUN KUNTENT INTI U TFERRAH LIL TA’ MADWAREK.


Make a free website with Yola