jesusandmary

IL-PITTURA TAR-RE.

 

Kien hemm re li kellu biss sieq wahda u ghajn wahda, pero’ kien bniedem kuntent u ta’ qalb tajba. Dawn tilifhom waqt battalja biex jiddefendi r-renju tieghu. Jum wiehed ghadda mill-kuritur tal-palazz u lemah bosta kwadri ta’ l-antenati tieghu u haseb li jum wiehed it-tfal tieghu jimxu l-istess passagg u jiftakru fih u fl-antenati taghhom.

Pero’ fost il-kwadri ma kienx hemm il-pittura tieghu minhabba d-dizabilita’ tieghu. Xtaq li kieku jdendel kwadru bil-persuna tieghu, imma kif kien ser jaghmel ma kienx jaf.

Ghalhekk stieden diversi pitturi ta’ fama biex ipinguh b’mod sabih u l-hlas taghhom kien ser ikun wiehed generuz hafna.

Il-pitturi fir-renju tieghu hasbuha sew qabel ipprezentaw ruhhom quddiem ir-re, ghax bdew jghidu: “Kif nistghu npinguh b’mod sabih u attraenti?” Bezghu jidhru quddiemu ghax qalu li flok premju jiehdu kastig billi xoghlhom kien zgur jurtu lir-re. U ghalhekk kull wiehed bil-pulit irrifjuta dak l-inkariku.

Imma pittur wiehed wieghed lir-re li ser jaghmel kapolavur bil-pittura tieghu u r-re zgur li ser johrog sodisfatt. Ir-re ha gost u l-pitturi l-ohra giethom il-kurzita’ kif ser jaghmel dan.

Ir-re ippuzalhu ghall-pittura u wara hafna zmien il-pittura kienet lesta.

Kulhadd kien anzjuz u kurzju biex jara din il-pittura ghaliex qatt ma setghu jifhmu kif setghet il-pittura tkun sabieha minghajr mar-re ikun muri bid-dizabilita’ tieghu.

Meta l-pittur kixef ix-xoghol tieghu, kemm ir-re kif ukoll in-nies kollha tal-palazz baqghu mistghagba.

Il-pittur wera’ lir-re riekeb fuq ziemel minn naha ta’ riglejh, jzomm il-qaws u jimmira l-vlegg b’ghajn wahda maghluqa. Ir-re kien kuntent li l-pittur heba’ id-dizabilita’ tieghu u tah premju kbir hafna.

MORALI: Ahna dejjem ghandna nharsu lejn il-kwalitajiet tajba ta’ l-ohrajn u qatt lejn id-difetti taghhom. Nitghallmu niffokaw fuq il-hwejjeg tajba taghhom u nahbulhom id-dghufijiet taghhom. Kemm ikun hawn aktar paci li kieku nimxu b’dan il-mod, meta sitwazzjoni negattiva ndawruha f’wahda posittiva.

 

Make a free website with Yola