jesusandmary

 

 

AGHZEL L-AHJAR IZDA TWARRABX DAK LI HU WKOLL TA' HTIEGA

Binha l-kbir mar izzur lil ommu, mara anzjana. Qaghad bil-qieghda jitkellma maghha fuq hafna affarijiet u d-diskors waqa' fuq il-festa ta' San Guzepp, ghax dak in-nhar kienet il-festa tal-qaddis billi l-gurnata kienet id-19 ta' Marzu.

Qaltlu: Ibni San Guzepp huwa l-patrun tal-mewta t-tajba. Itolbu biex jaghtik il-grazzja li taghmel mewta qaddisa biex tmur tgawdi lil Alla .

Binha b'cajta qalilha: Nitolbu biex jipprovdili x-xoghol ghax San Guzepp huwa l-patrun tal-haddiema.

Wegbitu lura ommu:  Mela allura itolbu t-tnejn bl-ewwel wahda tkun li tmutu fl-istat tal-grazzja t'Alla u bil-konfort tas-sagramenti. Ghax tassew ta' l-ewwel hija l-eternita' u tat-tieni materjali. Kollox jghaddi ta' din id-dinja imbaghad nidhlu fi zmien li ma jispicca qatt, jew ta' tgawdija eterna jew ta' tbatija eterna.



Ghaqlija kienet dik l-omm li kienet taf taghzel bejn dak li hu mportanti u dak li hu inqas importanti izda ta' bzonn. Isma' lil Kristu jghidilna : X'jiswielu l-bniedem li jakkwista l-gid tad-dinja kollha, imbaghad jitlef ruhu.

Make a free website with Yola