jesusandmary

 

 

AHRAB IT-TENTAZZJONI

Kienet uzanza fi tribu' indjana li zaghzugh isir matur meta jghaddi minn prova wara li jkun qatta zmien fis-solitudni.

Wiehed zaghzugh wara li temm iz-zmien ta' solitudni, tefa' harstu lejn il-muntanja ta' fuq il-wied li fih kien ghex ghal xi granet fis-silenzju u qal bejnu u bejn ruhu: " Nuri hilti kontra dik il-muntanja u hekk nghaddi mill-prova tal-maturita'". Ghalhekk biex jilqa' ghall-kesha tal-muntanja, libes qmis hoxna tal-gild ta' l-annimali, u tefa' fuqu matell u erhiela biex jixxabbat maghha. Meta wasal fil-quccata taghha. Seta' jara id-dinja kollha tahtu. Intela' bih niffsu u ra kemm kien kapaci. F'hin bla mistenni sema' bhal thaxwix u lemah serp qalb il-haxix. Qabel biss il-guvni seta' jhebb ghalih, is-serp tkellem u qallu: "Wasalt biex immut. Hawn jaghmel hafna ksieh u ma ghandi xejn x'niekol. Qieghdni taht il-qmis tieghek u nizzilni fil-wied."

"Le," wiegbu l-guvni, " inti serp velenuz u malli nigbrok inti tigdimni u l-gidma tieghek toqtolni."

" Ma tarax li mhux ser naghmel hekk. Inkun tassew ingrat lejk wara li taghmilli pjacir bhal dan. Tahseb inti li ser npatti it-tajjeb bil-hazin?"

Il-guvni ma ried b'xejn izda is-serp kien kapaci jipperswadih. Fl-ahhar il-guvni sema' minnu dahhlu taht il-qmis. Meta waslu fil-wied, il-guvni qabdu b'delikatezza liema bhala u qieghdu fuq il-haxix. Imma s-serp mill-ewwel dar fuqu niffsu u hebb ghal-saqajn il-guvni.
"Inti weghdtni ...." ghajjat il-guvni.

Is-serp wiegbu: "Inti taf sewwa li meta gbartni kont qed tirriskja hafna" U intilef qalb il-haxix.

Naqaw fin-nasba meta ma naharbux maljar, dejjem u fil-boghod minn dawk ic-cirkustanzi li jkaxkruna lejn il-hazen. Ghax it-tentazzjoni ma nistghux nilghabu maghha

Make a free website with Yola