jesusandmary

 



ALLA JGHIX TAHT IS-SODDA


Kevin kien jahseb li Alla jghix taht is-sodda. Hekk semghitu jghid darba wahda ommu waqt li kienet ghaddejja minn quddiem kamartu. Kien qed jitlob jghajjat: “Mulej fejn qieghed? Issa naf fejn tghix.  Qieghed taht is-sodda.”

Ommu kienet taf li Binha Kevin kien jghix f’dinja differenti minn taghna. Issa kellu tletin sena u waqt it-twelid spicca jbati minn xi dizordnijiet  mentali. Jirraguna bhal tifel ta’ seba’ snin. Probabilment jibqa’ jemmen li Alla jghix taht is-sodda, li Santa Klaws huwa dak li jgiblu r-rigali tal-Milied u li l-ajruplani jtiru fis-sema ghax iggoruhom l-angli.

Il-hajja tieghu hija wahda semplici. Ma jimpurtax xi kwalita’ ta’ ikel jiekol, ma jinteressahx jekk hwejgu humiex tad-ditta. Huwa jqis kull bniedem l-istess u bhala habib tieghu. Ma jinkwetax ghal ghada.

Il-hajja tieghu hija wahda semplici. Qalbu hija safja minghajr hazen u makakkerija. Huwa bniedem sincier u ghandu qalb li taf thoss u tikbi.

Fuq kollox huwa jaf jafda f’Alla. Huwa bniedem ta’ fidi.

Persuna bhal din ghandha terfaghlna hsibijietna lejn Alla u nistaqsu lilna nfusna jekk bhal dan iz-zaghzugh nitkellmux ma’ Alla u nirringrazzjawh ta’ kemm ghamel maghna, jekk qalbna, hsibijietna u l-ghemejjel taghna humiex safja, ghax il-bniedem ta’ qalb nadifa biss jista’ jara lil Alla.

Dan iz-zaghzugh kien jintelaq f’idejn Alla...... u jiena? Bit-tahbit kollu tieghi lest li nafda fih?  Kemm huma sbieh il-kelmiet “Gesu’ jiena nafda FIK” .


Make a free website with Yola