jesusandmary

 

 

HEMM ALLA LI QED JGHINEK FIT-TOQOL TAL-PROBLEMI

Jum wiehed hassejt ruhi ddisprat. Ridt inehhi hajti b'idejja. Tlaqt ix-xoghol li kelli, ksirt kull relazzjoni ma' ta' madwari, tbieghidt minn Alla...ridt immut. Pero' mort fil-forest biex nitkellem ghal ahhar darba ma' Alla.

"Mulej tista' taghtina raguni wahda biss ghala jiena ma ghandix inehhi hajti b'idejja?"

It-twegiba tieghu hasditni........

"Hares madwarek. Qed tarahom il-bambu' u l-felca?" staqsieni Alla.

"Iva," wegibt.

"Meta jiena zrajt il-felca u l-bambu' hadt hsiebhom tajjeb hafna. Tajthom id-dawl, l-ilma. Il-felca nibtet malajar u l-weraq taghha xtered ma' l-art kollha. Madankollu ma hareg xejn mill-bambu'. Imma lill-bambu' ma abbandanajtuhx.

Fit-tieni sena l-felca kibret u sbiehet u miz-zerriegha ta' bambu' ma nibet xejn. Imma lill-bambu' ma abbandanajtuhx. Hekk gara fit-tielet u r-raba' sena. Imma jiena xorta wahda bqajt insostniha bil-providenza tieghi. Imbaghad fil-hames sena nibtet imma n-nebbbieta tant kienet zghira hdejn il-felca, li issa saret sigra mill-isbah li kienet tidher haga insinificanti.....imma sa sitt xhur wara l-bambu' kiber u ghola madwar 100 pied. Ghaddiet hames snin tkabbar l-gheruq li ghamluha pjanta b'sahhitha u tawha dak li riedet biex tghix. Lill-bambu', nerga' intennilek bqajt niehu hsiebu. Qatt ma naghti piz lin-natura li ma tifilhux."

Kompla issa l-Mulej: " Ibni qatt hsbit li tul dan iz-zmien li inti ilek tiggieled mal-problemi, inti kont qed tissahhah biex tghix? Jekk lil bambu' jiena ma abbandunajtux l-anqas lilek ma jiena ser nerhi wahdek. Iz-zewg pjanti isebbhu l-foresta izda it-tnejn ghandhom skopijiet differenti. Mur u kull ma nitolbok hu li inti tiggieled din il-problema u tirbaha billi titlob u titlob waqt il-prova."

Jiena tlaqt lura mill-foresta ghad-dar.

Il-hsieb "QATT u QATT ICCEDI" baqa' jidwi gewwa mohhi u bdilt fehmti. It-talb nisrani mhux ghazla imma opportunita'. Tghidx lill- Mulej kemm hi kbira u tqila l-problema izda ghid lill- problema kemm u kbir Alla.

Make a free website with Yola