jesusandmary

 

 

DAK LI JOHROG MILL-FOMM DIFFICLI TIGBRU

 Darba kien hemm zaghzugh ta' karattru difficli hafna. Malajr kien jizbel u jinsulta lil martu anke ghal xi haga l-aktar zghira.

Jum wiehed missieru tah borza imsiemer, filwaqt li stiednu li jsammar musmar fix-xatba ta' l-injam li kellu quddiem il-bieb tad-dar tieghu, kull darba li jirrabja ma' martu u wliedu. L-ewwel jum huwa sammar tmiena u tletin musmar. Maz-zmien tghallem li aktar kien facli li tikkontrolla r-rabja milli kull darba tohrog barra, xemx u xita, shana jew bard biex issammar il-musmar. Wara xi ghimghat qal li missieru li dak il-jum ma wahhal ebda musmar ghax ma rrabja ma hadd.
Missieru issa qallu: "Ara ibni, irnexxilek. Issa ara li taqla musmar kull darba li ma tirrabjax." Wara xi zmien iz-zaghzugh dar fuq missieru u qallu: " Pa l-imsiemer kollha qlajthom."

 "Ibni din haga sabiha hafna imma hares ftit: ix-xatba hija mimlija toqob. L-injam ma baqghax bhal qabel. Ftakar li kull meta tghid xi haga fir-rabja tieghek tohloq feriti simili ghal dawn it-toqob. U ghalkemm inti titlob skuza, il-feriti jibqghu hemm."

 

Il-bniedem hu fragli u vulnerabbli. Kemm hu sabiha li quddiema ghajnejna dejjen naraw dawn il-kelmiet: "Ittratta bl-attenzjoni u kura, dak li ghandek quddiemek hu delikat."

Make a free website with Yola