jesusandmary

 

FIS-SERVIZZ T'ALLA STENNA T-TBATIJA


 
Jum wiehed Gesu’ kien miexi ma’ Pietru gol-gnien taz-Zebbug fejn spiss kien imur jitlob ghalih wahdu fis-skiet. Kien zmien iz-zebbug u s-sigar kienu mimlija frott. Ghalhekk Gesu’ qal lil Pietru: “Tridx naqtghu ftit zebbug u nehduh maghna d-dar?”

 


 
“Kif trid inti mghallem,” wiegeb Pietru.


 
“Mela naghmlu hekk Piet.  Jiena nitla’ fuq is-sellun naqta’ z-zebbug u inti ibqa’ hawn isfel ilqa’ gol- mantell dak li nitfaghalek,” qallu Gesu.


 
“ Kif tghid inti mghallem,” wiegbu Pietru.

 
Pietru nehha l-mantell minn fuq spalltu u beda jimlieh biz-zebbug li beda jitfaghlu Kristu.  F’daqqa wahda jghaddu xi briganti u kif raw lil Pietru jimla’ il-mantell biz-zebbug qalu: “ Ejjew naghtu xebgha lil dak…hemm arah…….dak li qed jimla' iz-zebbug gol-mantell.” U kemm ili nghidlek qabdu jtuh u sawwtuh bil-kif, hekk li beda jokrob bl-ugieh.

Kristu meta nizel minn fuq is-sigra qal lil Pietru: “ Hemm xi gralek? Kif int migrugh? Mela mort tiggieled?” U Pietru rrakontalu dak kollu li ghaddha minnu.


 
Il-gimgha ta’ wara Kristu rega’ qal lil Pietru biex jaqtghu xi ftit zebbug iehor. U ghamlu, kif kienu hadmu l-gimgha ta’ qabel. Kristu fuq u Pietru isfel jilqa’ iz-zebbug. Regghu ghaddew dawk il-briganti u kif raw mill-gdid lil Pietru qabdu jtuh bl-addocc tant li bilkemm felah iqum.  Meta Kristu nizel minn hemm qal lil Pietru: “ Mela ergajt laqqatha? Kif, bqajt qisek capsa u ma ghamilt xejn biex tiddefendi ruhek?”


 
Imma Pietru ma tkellem xejn ghaliex bilkemm felah iqum u jimxi  lura lejn daru.


 
Il-gimgha ta’ wara regghu ghaddew mill-gnien taz-zebbug u Kristu stiednu jergghu jaqtghu ftit zebbug iehor.  “Imma din id-darba inti itla’ hemm fuq u jiena noqghod hawn isfel nilqa’ z-zebbug li titfaghli.”


 
Pietru ghorok tnejn idejh u ferhan qal lil Kristu: “ Kollox seww Mghallem.”


 
U tela’ fuq is-sigra. Ghaddew il-briganti minn dik it-triq u qalu, “ Ejjew naghtu xebgha lil dak li qieghed fuq is-sigra u mhux lil dak ta’ hawn isfel, ghax dak diga tajnieh darbtejn.”


 
Ghalkemm din l-istorja hija hlieqa, pero’ turina li min ikun fis-servizz tal-Mulej mhux mehlus mit-tbatijiet.

Make a free website with Yola