jesusandmary

 

 


FTAKAR DEJJEM U QATT TINSA LI........(1)

1. ...........Dak li wiehed jizra' dak ghad jahsad. Jekk il-hidma taghna tkun ghal Alla, jigifieri ikollna intenzjoni retta f'dak kollu li naghmlu, il-hlas taghna ma johodulna hadd u nsibuh fil-hajja li ghad trid tigi. Izda jekk naghmluh ghal ghajn il-bnedmin, jigifieri ghall-gosti taghna u dak li jaqbel lilna, il-hlas taghna inkunu hadnih hawn fid-dinja. Imbaghad quddiem Alla nidhru b'idejna vojta. Kemm inkunu boloh.

Bieghu gidkom u aghtuh karita' u fittxu ghalikom infuskom boroz li ma jitmermrux, tezor li ma jigix nieqes fis-sema, fejn la l-halliel ma jersaq u lanqas il-kamla ma thassar Ghax fejn hemm it-tezor taghkom, hemm tinsab qalbkom ukoll. (Lq 12, 33-34)

2. ..........Mehtieg li naghmlu ndiema ta' dnubietna jekk irridu li Alla jerga' jimla lil qlub taghna bl-imhabba tieghu, bl-Ispirtu Qaddis tieghu, bil-grazzja tieghu. Hekk ruhna titqaddes mill-gdid u tistenna dak il-mument li fih tiltaqa' ma' l-gharus mistiku taghha.

Jew dawk it-tmintax-il ruh li waqa' fuqhom it-torri ta' Silwam u qatilhom, tahsbu intom li kienu izjed hatja min-nies ohra ta' Gerusalemm. Le, nghidilkom, imma jekk ma tindmux, ilkoll xorta wahda tintilfu. (Lq 13, 4-5)

3. ..........Li Alla jiehu hsiebek. Huwa Providenza, jaghti dak li hu mehtieg lil kulhadd, jtella' ix-xemx u jibghat x-xita fuq kulhadd sahansitra l-hziena, ghax hu ta' qalb tajba mal-poplu tieghu.

Jekk iben jitlob lil missieru hobza ser jaghtih gebla? Mela jekk missier ta' din l-art hu ta' qalb tajba kemm izjed huwa l-Missier taghna tas-smewwiet.
Ghalhekk toqghodux tinkwetaw ruhkom u tghidu x'ser nieklu jew x'ser nixorbu jew x'ser nilbsu ghax dawn il-hwejjeg kollha jfittxuhom il-pagani. Imma Missierkom li hu fis-mewwiet jaf li dan kollu tehtiguh. Mela l-ewwel fittxu is-saltna u l-gustizzja t'Alla u dan kollu jinghatalkom b'zieda.
Mattew 6:31-33 .

Make a free website with Yola