jesusandmary

 

IC-CEKK TA’ NOFS MILJUN DOLLARU


Negozjant kellu dejn kbir li ma seta’ jsib ebda triq biex jifdih. Dawk li kellhom jiehdu min ghandu bdew irossuh. Kulhadd ried flusu. Qaghad bilqieghda fuq bank fil-gnien b’rasu midfuna f’idejh jikbi xortih u jahseb kif ser jsalva lill-kumpannija tieghu mir-rovina.

F’daqqa wahda gie quddiemu ragel anzjan u staqsieh: Qieghed nara li xi haga qed tinkwetak.” Wara li sema’ l-inkwiet tan-negozjant’ ix-xih qallu: “Nahseb li nista’ nghinek.” Staqsieh ismu u kitiblu cekk. Qallu: “Hu dan ic-cekk u ltaqa’ mieghi bhal lum sena u tini flusi lura.” U gheb minn quddiemu minghajr man-negozjant kellu hin jirringrazzjah u jara kemm tah.

Kien cekk ta’ nofs miljun dollaru iffirmat minn John D. Rockfeller, wiehed mill-akbar sinjuri tad-dinja. In-negozjant irrealizza li l-inkwiet spiccalu. Imma ninflok ma’ sarrfu u uza l-flus, ic-cekk refghu f’kexxun, mohhu mistrieh li dan jaghtih is-sahha finanzjarja meta jasal il-bzonn. B’entuzjazmu kbir beda’ jinnegozja ftehim finanzjarji ahjar .

U fi ftit gimghat hareg mid-djun u beda’ jaghmel il-qliegh. Sena preciz wara, huwa rritorna fil-gnien bic-cekk mhux imsarraf. U dak il-hin deher ukoll ix-xih. Imma hekk kif in-negozjant kien ser jirritorna lura c-cekk, infermiera giet tigri u hatfet lix-xih. “Nittama li ma dejqikx sinjur,” qalet l-infermiera. “ Dejjem jahrab mid-djar tax-xjuh u jghidilhom li hu John D Rockefeller. L-infermiera imbaghad hadet lix-xih lura fid-dar ta’ l-anzjani. In-negozjant nixef. Is-sena kollha kien qed ibiegh u jixtri u jinnegozja konvint li kellu taht rasu nofs miljun dollaru. Induna mill-ewwel li ma kienux il-flus, reali jew immaginarji li dawrulu l-isfortuna ghal fortuna.

Kienet il-kunfidenza fih innifsu li tatu l-qawwa u l-energija u l-kuragg li jwettaq dak kollu li mmagina.


Make a free website with Yola