jesusandmary

 

 ID-DAWL TAD-DINJA

 

Jum wiehed Madre Tereza lemhet mara abandunata qieghda tmut fit-triq. Gisimha kien qed jigi mikul minn nemel u grieden. Reghfitha u haditha gewwa l-isptar, izda l-isptar ma riedx jaccetaha.

 Wara dan ir-rifjut hija garret  lill-mara ghand l-ufficcjali tal-belt u talbithom li jiehdu azzjoni.  Qamet diskussjoni bejnithom u fl-ahhar qaltilhom li jekk hadd ma hu ser jaghti kazha, ghal inqas xi hadd jathiha kenn fejn hija tkun tista’ iddur biha u b’ohrajn bhala.  Biex jehilsu minnha l-ufficcjal tal-belt hadha go kenn abbandunat li fiz-zmien kien jintuza mill-pellegrini Hindu.  Hekk fis-sena 1952 Madre Tereza tat bidu ghal din l-opra ta’ karita’ mal-proxxmu.

 Malcolm Muggeridge hekk jitkellem fuqha: Jiena midjun hafna lejn Madre Tereza.  Hija wrietni t-triq tal-Kristjanezmu.  Hija wrietni l-imhabba  prattikata.  Hija wrietni kif wiehed jista jibda’ mewga kbira li tinxtered mad-dinja kollha.

 Il-Missjunarji tal-Karita’, l-ordni li waqqfet fis-sena 1952 kibret u xterdet mad-dinja kollha.  Mal-kongregazzjoni taghha nibtet organizazzjoni ta’ l’fuq minn miljun ko-operaturi minn ‘l fuq 40 pajjiz.

 Dan hu li Gesu’ kellu f’mohhu meta qal lid-dixxipli tieghu li huma kellhom ikunu dawl ghad-dinja.  Dan id-dawl kellu jiddi quddiem il-bnedmin sabiex meta jaraw l-opri tajba taghkom ifahhru lill-Missier taghkom tas-sema

Make a free website with Yola