jesusandmary

 

 

IL-15 IL-CENTEZMU

Ganni, in-nannu ta’ Rikkardu ta 50 centezmu lin-neputih biex imur jixtri gelat talli kien naddafflu l-garage bil-ghaqal.

Rikarrdu dahal fil-bar  u qaghad bilqieghda fuq mejda.  Giet il-waitress u qeghditlu tazza ilma quddiemu…

“Kemm jiswa’ gelat tal-frawli bic-cikkulata?” staqsieha Rikkardu.

“Hamsin centezmu,” wegbitu l-waitress.

“U kieku jkolli niehu nofs il-porzjon tal-gelat?”

Xi persuni kienu qed jistennew il-waitress biex din turihom mejda halli jpoggu madwarha u jiehdu xi haga wkoll.

Il-waitress li kienet ghoddha ser titlef sabarha ghaliex ma riditx thalli n-nies jistennew qaltlu kemmxejn bil-herra: “ 35 centezmu”

“Mela allura gibli nofs porzjon.”. Il-waitress gabitlu l-gelat  flimkien mal-kont u qeghditlu kollox fuq il-mejda.

Rikkardu kielu bil-qalb billi l-gelat tal-frawli bic-cikkulata kien ihobbu hafna. Qabel ma telaq it-tfajjel hallas lill-kaxxier u hareg ‘l barra biex imur ghand nannuh. Meta l-waitress irriturnat biex tisbarazza l-mejda baqghet mghaggba ghal ahhar. Hdejn il-platt vojt rat 3 muniti ta’ hames centezmi l-wahda li t-tfajjel kien hallihom bhala “ tips.”

 

KEMM HI HAGA SABIHA LI NAHSBU F’HADDIEHOR U MHUX KOLLOX IDUR MADWARNA.

Make a free website with Yola