jesusandmary

 


IL-KARITA'


Antida u bintha Anna kienu t-tnejn attivi fl-operat tal-karita f'wahda mill-parrocci ta' Napli. Wara l-ikla tal-Hadd, waqt li Antida kienet qed tahsel il-platti u Anna tixxothom, l-omm qalet: " Kellimtu l-kappillan fuq dik il-familja li giet toqghod fit-tarf tat-triq. Qalli li kunjomha hu Bernardini u gharrafni li hemm bzonn li wiehed jaghti ftit kazha ghax warajha hemm storja tal-biki.  Zewgha, wara li skonta sentenza ta' sitt xhur habs fuq serq, harab, u ma jafhux izjed fejn qieghed. Billi ma kellhiex minn fejn thallas il-kera, keccewha minn darha u l-kappilan taghna laqghaha fuq talba tal-kappillan tal-parrocca vicin fejn kienet toqghod."

" Ma hiex xi villa ghax kull ma fiha zewgt ikmamar," wegbitha bintha Anna. 

"Imma ahjar mix-xejn. Dak kellu f'idejh il-kappillan u ghamel hekk ghax id-dar hija propjeta' tal-parrocca. Mill-kappell li kellu sellmlha. U nghidlek haga Anna, ghalkemm fqar u fil-bzonn ta' kollox it-tfal dejjem nodfa tazza u tiehu hsiebhom kif jitlob id-dmir."

Wara ftit skiet, l-omm regghet bdiet titkellem: " Ara x'naghmlu Anna. Inti ejja mieghi ghand il-hbieb tas-soltu. Dawk zgur jghinuna."

L-ghada Antida u Anna marru jdur lil xi familji jistaqsuhom jekk ghandhomx xi hwejjeg jew affarijiet ohra x'jiddisponu. Ir-risposta kienet wahda nkorraganti ghaliex meta waslu lura d-dar kellhom mhux biss hwejjeg addatati ghat-tlett itfal, izda wkoll ghal omm. Fuq kollox anke zewg qoffof ikel gabret.

Marret bihom ghand il-kappillan u dan stghageb mhux ftit ghall-hidma ta' Antida u bintha. Kien kuntent u qal lil Antida biex meta tkun sejra lura d-dar tghaddi tghid lil familja Bernardini li ried ikellimha wara il-quddiesa ta' filghaxija fis-sagristija. "Ghal anqas ghax xhur li gejjin tista' tiehu ftit tar-ruh," qalilhom il-kappilan, "Aktar tard naraw."

Inhalli fl-imaginazzjoni taghkom il-qarrejja kemm hasset solliev dik l-omm ghall-karita' li saret maghha.


Li ddahhal idejk fil-but u taghti xi flus bhala karita' hija dejjem tajba izda li taghti kaz tal-bzonijiet ta' hutek ikun pass iehor 'l quddiem. Ikun apprezzat hafna minn dak li qed ibati, ghax fil-karita'  ihoss il-prezenza tal-proxxmu li ghandu nteress fih. Mhux wahdu biex jiggieled l-problemi tal-hajja.

Tistenniex grazzi jew li jintraddlek lura dak l-isforz li ghamilt biex tghin lill-batut. Dak hallih f'idejn Alla li jaf jipprempja sahansitra lil dak li jaghti mqar tazza ilma friska lil min hu bil-ghatx.



Make a free website with Yola