jesusandmary

 

 

IL-LOGHBA TAL-HAJJA

Hawn ahna……..pellegrini f’din id-dinja…….. bezghana dejjem li nitilfu dak kollu li ghandna;  u ghaldaqstant inrossuh hekk tajjeb maghna biex ebda bniedem ma johodulna. Nahsbu li billi nahbuh minn ghajnejn id-dinja, huwa mohbi, u kollu taghna. Inwahhlu f’rasna li xejn ma hu mohbi. Xejn qatt ma ser ikun mohbi. Xejn ma kien xi darba hekk.

Jekk tahseb li hemm xi haga li ghandek, li hi tieghek, sew jekk dar, sew jekk flus, sew jekk xoghol jew xi haga ohra din ma hija xejn hlief holma, illuzjoni. F’hakka t’ghajn tghejb….f’waqt wiehed……. minghajr ma tkun tistenna, habib tieghi.

Ma hemm xejn li jiena nista’ ikolli jew nakkwista li ma nistghax nitilfu fi ftit sekondi. Dak li tahseb li hu tieghek qatt ma kien tieghek u qatt ma jista’ jkun tieghek.  Tista’ tghid li dak li ghandek hu misluf lilek. Dak li tahdem ghalih hawn, thallih warajk. Gheri gejt u gheri sejjer lura.

Allura x’jbezzghek?

Ahna, hawn fid-dinja, tant ma ghandniex sigurta’ li nibzghu li nergghu nibdew hajjitna mill-gdid. Il-hsieb li ahna nitilfu kollox u rridu nibdew mill-gdid, minghajr ma jkollna xejn jista’ jghaddi minn mohhna kultant; meta jkun hekk nibzghu u nwarrbu kull hsieb li jkexkixna.

Torbot qalbek ma xejn. Sakemm f’gismek ghandek qalb li thabbat, sakemm in-nifs tieghek ghadu tajjeb kollox tista’ terga’ tibni u jkun tieghek jekk titilfu. Ghax jekk darba akkwistajtu tista’ mill-gdid terga’ takkwistah jekk titilfu. Din hija l-loghba tal-Hajja.

 

Make a free website with Yola