jesusandmary

 

 

IMHABBA, SUCCESS u GID

Meta Francesca semghet it-tahbita qasira, hija marret tiftah il-bieb u quddiemha sabet tlett irgiel anzjani lkoll bil-baffi kulur bajdani. Hi ma gharrfithomx. Qaltilhom: " Ma nafkomx izda jidher li intom ghandkom il-guh." Idhlu gewwa u naghtikom jien xi haga x'tieklu," stednithom Francesca.

"Ir-ragel tieghek qieghed id-dar?" staqsewha.

"Le," wegbithom il-mara."Qieghed barra bix-xoghol."

"Allura ma nidhlux" wegbuha t-tlieta .

Meta filghaxija wasal zewgha, hija rrakontatlu x'kien gara matul il-ghodwa. "Mur ghidilhom jidhlu ghax issa jiena wasalt"

Il-mara marret barra u stiednet lit-tlett irgiel biex jidhlu gewwa.
Izda huma wegbuha: " Ahna qatt ma nidhlu go dar flimkien."

"U ghaliex?", staqsiethom il-mara kollha kurjuza.

Wiehed mix-xjuh spjegalha: " Dak jismu Gid, l-iehor jismu Success u jiena jisimni Imhabba. Mur ghid lil zewgek liema minna irid li jidhol gewwa."

Francesca dahlet gewwa u qalet lil zewgha dak kollu li x-xih qalilha. Zewgha intela' fil-ferh qal bejnu u bejn ruhu :" Din darba tigik!."

"Gia la darba hu hekk ejjew nistiednu lil Gid, sabiex jimliena flus."

Il-mara ma qablitx mieghu. " Ghaziz, ghaliex ma nistednux lis-Success jidhol gewwa."

Semghithom il-mara tat-tifel taghhom waqt li kienet qieghda fit-tarf tal-kamra u tathom il-parir li jkun ahjar li jistiednu lil Imhabba. Qaltilhom :"Darna tfur b'din il-virtu'."

"Parir tajjeb dan," wiegeb ir-ragel," L-ahjar li naghmlu hu kif qed tghid int."

Dar fuq martu Francesca u qalilha: "Mur u stieden lil Imhabba gewwa."

Il-mara harget mill-gdid barra u staqsieh min kien Imhabba u stiednitu gewwa. Imhabba qam u beda diehel gewwa. Mieghu qamu t-tnejn l-ohra u wkoll ghamlu bhalu.

Il-mara baghqet miblugha u daret lejn Success u Gid u qaltilhom: "Jiena stedint biss lil Imhabba. Ghaliex gejjin intom ukoll?"

Iz-zewgt ixjuh l-ohra wiegbuha flimkien: " Kieku inti stedint lil Gid jew Success, it-tnejn l-ohra kienu jibqghu barra, imma la darba inti stedint lil Imhabba, ahna nidhlu wkoll. Fejn hemm Imhabba hemm ninsabu wkoll ahna, Gid u Success."

Il-gid u s-success mhux bilfors jaghmluk ferhan u ma jonqsok xejn. Tista tkun mimli flus izda jkun jonqsok is-sahha, jew jonqsok il-paci. Jista jkollok successi kbar fil-hajja izda tkun mibghud ghax l-azzjonijiet tieghek ikunu mimlija egoizmu u suppervja. Izda jekk ikollok l-Imhabba ghandek kollok. L-Imhabba taghmel ghegubijiet kbar. Permezz ta' l-Imhabba taqdi lil ghajrek, tipprova tnaqqslu it-tbatija tal-hajja, u taghdru fin-nuqqasijiet tieghu.

Make a free website with Yola