jesusandmary

 

INZUL IX-XEMX

Tant zmien ilu, missjunarju kien qed jaqsam il-muntanji ma’ zaghzugh indjan li kien qed jaghmilha ta’ gwida, sabiex ikun jista’ jmur go villaggi ohra jxandar il-Bxara t-Tajba.

Ta’ kull filghaxija waqt li tkun niezla ix-xemx, huwa kien jilmah, iz-zaghzugh indjan idur lejn ix-xemx u jizfen u jkanta taht l-ilsien, kanzunetta helwa u tal-widna.

Dan qanqal il-kurzita’ tal-missjunarju li jum wiehed staqsieh: X’tifsira ghandha dik iz-zifna u l-kanzunetta li inti tkanta kull filghaxija?”

“Semplici,” wiegeb iz-zaghzugh.” Jiena u marti kkomponejna din il-kanzunetta u meta ahna ma nkunux flimkien, inkantaw u nizfnu meta x-xemx tkun niezla u hekk minkejja li nkunu ‘l boghod minn xulxin, ahna niftakru f’xulxin.”

Kemm koppji jiftakru f’xulxin, jitolbu flimkien u jitolbu wiehed ghal iehor jew l-ohra? 

Jistinkaw biex igibu flus id-dar imma ftit jaghtu l-veru kaz ta’ xulxin. 

Ma jsibux hin biex iqattghuh fil-kumpannija ta’ xulxin, wahedhom biex jissahhu fil-ghaqda bejnithom. Jippreferu l-kumpanija tal-hbieb.

Kull koppja trid tahseb fiha nnfisha biex jissahhu bejnithom u flimkien ma’ Alla, li hu l-qofol ta’ kull ghaqda.


Make a free website with Yola