jesusandmary

 

 Ir-Relazzjoni Taghna ma' Alla.

Meta xi hadd ikun irid jaqta' kull relazzjoni maghna, jieqaf it-tislim u jkellimniex aktar. Ghall-kuntrarju meta xi hadd ikun irid jiftah relazzjoni personali maghna jersaq lejna biex ikellimna, isellem u jifrah meta jiltaqa' maghna. Hekk Alla ghamel mal-bniedem. Ried li jkollu relazzjoni mill-qrib mieghu u ghaldaqstant kellmu permezz tal-profeti, imbaghad permezz ta' Ibnu Gesu' Kristu li Huwa baghat fid-dinja meta ha s-sura ta' bniedem bhalna, u issa qed ikellimna permezz tal-knisja. Din ir-relazzjoni tizvillupa daqs kemm inkunu disposti ahna. Jehtieg li d-diskors taghna mieghu ma jkunx monologu izda djalogu. Mhux nitkellmu biss ahna biex hu jismaghna, izda inhalluh ikellimna u fil-kwiet ta' qalbna nisimghu x'ghandu jghidilna.


Alla jurina x'inhi r-rieda tieghu, u jwieghed il-paci u l-barka kbira tieghu lil dawk li jharsuha. Hekk kantaw l-angli fit-twelid ta' Kristu gewwa Betlem : " U Paci fl-art lil bnedmin ta' rieda tajba." Issa min ghandu rieda tajba hlief dak li jaghmel il-volonta' t'Alla? Il-volonta t'Alla, Kristu gabarha fil-qosor f'dawn il-ftit kelmiet: "Hobb lil Mulej Alla tieghek, b'qalbek kollha, b'ruhek kollha, u b'sahhtek kollha. Dan hu l-ewwel u l-aqwa kmandament. It-Tieni jixbah lil dan, hobb il-proxxmu tieghek bhalek innifsek."

Alla jiggosta l-kumpannija taghna anzi jfittixha biex ahna nikbru fl-intimita' taghna mieghu. Il-Beatu Dun Gorg Preca f'wahda mit-talbiet tieghu " Il-QUOTIDE", jikteb espressjoni li tqanqlek biex tfittex lil Alla, b'kumpannija tieghek: "ghax Inti wrejtna fl-Iskrittura Mqaddsa li huwa delizzju tieghek li titkellem ma' ulied il-bnedmin u wkoll li tridna nirrikorru lejk f'kull bzonn taghna".

Aktar ma nikbru fl-intimita' taghna ma' Alla aktar ngharfu li l-Mulej jghinna nsibu tifsira ta' kollox, partikularment meta, bhad-dixxipli ta' Emmaws ikollna nghaddu mid-diffikultajiet tal-hajja. Minkejja li qed nghixu f'dinja ta' valuri differenti minn dik li jghallem Kristu, ahna hemm bzonn li nisimghu l-Kelma tieghu, u naghzlu minn dak li tghallem id-dinja ghal dak li jghallem Hu. Ghalkemm xi kultant nhossu li Hu ttraskurana jew insiena, Hu dejjem jiftakar fina. Huwa l-bniedem li jkun twarrab xi ftit minn ma' Alla, u nsieh ghaliex il-hwejjeg tad-dinja xi ftit jew wisq ma jhalluhx jara l-veru gid.

Hu dejjem jitkellem maghna u b'modi u b'manjieri diversi. Jista' jkun il-kaz li ahna ma nkunux disposti bizzejjed biex nisimghu, nahsbu u nikkontemplaw dak li Hu ghandu jghidilna. Hajja tajba msoqqija bl-Ewkaristija, talb u pentizenza timliena bil-hegga ghal Alla taghna kif intlew bil-hegga d-dixxipli ta' Emmaws u marru jaghtu l-ahbar lid-dixxipli l-ohra minghajr ma qaghdu jaghtu kaz li l-lejl kien dahal gmielu. Marru lura lejn Gerusalemm u ghaddew din il-bxara lil appostli u d-dixxipli l-ohra.

 

Make a free website with Yola