jesusandmary

 

 

IRRID NARA LIL ALLA.
Jum wiehed ir-re ried bilfors jara lil Alla. Ried jara min hu u kif inhu u kif jghix. Sejjah ghalhekk lis-shahar tieghu u lil ghorrief tas-saltna tieghu u ordnalhom li juruh lil Alla taht piena tal-mewt jekk jonqsu li jaghmlu dan.
Dawk il- povri mghallmin tathom rashom sakemm wasal quddiemhom rghaj u habbrilhom li hi kien kapaci jwettaq ix-xewqa tas-sultan.
Ippresentawh lir-re. Dan ir-rghaj talab lir-re jhares lejn ix-xemx.
“Ma nistax ghax tant hu qawwi d-dawl taghha li jekk nazzarda nerga’ nitfa’ harsti lejh nghama.”
“Ja Sidi jekk inti ma intix kapaci thares lejn ix-xemx li hija nitfa’ tal-kobor tal-Kreatur, kif tista’ qatt tahseb li tara b’ghajnejk Lilu in persuna!”
Kull jum id-dixxiplu kien jistaqsi l-istess domanda lil imghallem tieghu. “Kif nista’ nsib lil Alla?”
U kull jum kien jircievi l-istess twegiba: “ Jehtieg li tixtiequ.”
“Imma jiena nixtiequ b’qalbi kollha, b’ruhi kollha u b’sahhti kollha. Allura kif ma nistax insibu?”
Jum wiehed fis-sajf waqt li l-imghallem u d-dixxiplu kien qed jghumu fix-xmara, l-imghallem ta manjata lid-dixxiplu u hallielu rasu ghal xi mumenti taht l-ilma. Id-dixxiplu hass nifsu qed jinqata’ u kemm thabat biex jehles mill-qawwa ta’ l-id li kienet qed izzommlu rasu taht l-ilma !
L-ghada l-imghallem staqsa lid-dixxiplu: “ Ghaliex thabat daqshekk meta kont qed inzommlok rasek taht l-ilma?
“Ghaliex kont qed infittex l-arja.”
“Mela, meta tircievi l-grazzja li tfittex lil Alla bhalma kont qed tfittex l-arja, inti tkun sibtu.”


 

LIL ALLA TARAH META TFITTXU PROFONDAMENT FIL-KELMA TIEGHU FIL-BIBBJA, U FIL-HOLQIEN MERAVILJUZ LI HU HALAQ GHAT-TGAWDIJA TAL-BNIEDEM.

 

Alla jinsab fostna

Is-suggett tal-film Laura hu xi haga hekk: Iz-zaghzugha Laura tinstab mejta fl-appartament taghha. Detective zaghzugh, David MacPherson jigi assenjt il-kaz biex jara min qatel lit-tfajla.

Huwa jqalleb l-appartament taghha ta’ taht fuq biex forsi jsib xi hjiel. Sab id-djarju u l-ittri taghha u jaqrhom kollha. Huwa jhoss li xi haga stramba qed tigri go fih. Jsib lilu niffsu jhobb lil din it-tfajla.

Lejla wahda waqt li jkun qieghed fl-appartament taghha jahseb fuq il-grajja taghha ghajnejh tmur bih u jorqod. Ftit minuti wara hoss jqajmu u hekk kif ihares jara fil-bieb mara sabiha.

Kienet Laura. Hija telqet ghal xi ftit taz-zmien minn darha biex tghaddih fil-kwiet u ma kienet taf xejn x’kien gara fl-appartament taghha. Il-vittma li instabet mejta u li wiccha kien sfigurat tablet lil Laura biex tuza l-appartament taghha meta hija kienet nieqsa.

Il-film jispicca b’Laura u Mark jinhabbu u jizzewgu.

Dan il-film jurina kif Alla jixtieqna nhobbuh billi nirriflettu fuq id-djarju u l-ittri tieghu li hija l-BIBBJA. X’inhija r-raguni li jiena nhoss ruhi ndifferenti li naqra l-kelma t’Alla, imbaghad ma narahiex bi kbira biex nghaddi sighat shah naqra rumanzi u kotba ohra bla sugu?

Make a free website with Yola