jesusandmary

 

IS-SILENZJU.

Gurnata wahda, ragel imur jitlob parir lil wiehed eremita.

U staqsih: “ X’tghallmek il-hajja tas-silenzju li inti tghix hawn fid-dezert. Boghod minn kollox u minn kulhadd?”

Dak il-hin, l-eremita kien qed itella’ l-ilma mill-bir. U wiegbu: “ Hares ‘l isfel gol-bir. X’inti tara?”

U r-ragel wiegbu: “Xejn hlief ilma imqalleb.”

L-eremita qaghad daqsxejn wieqfa, imbaghad rega’ staqsieh: “ Hares issa u ghidli x’inti tara?”

Ir-ragel ghamel kif qallu u wiegbu lura: “ Issa qed nara lili nnifsi, qisni f’mera.”

Hawn l-eremita qallu: “ Ara meta jiena nnizzel l-barmil fil-bir, l-ilma jithawwad. Issa l-ilma li hu qieghed jurik dak li inti.

Din hi l-esperjenza tas-silenzju.

Fis-silenzju l-bniedem jara lilu nnifsu.” Is-silenzju jurik tassew int min int, bid-difetti u l-kwalitajiet tajba tieghek.

Make a free website with Yola