jesusandmary

 

KEMM AHNA ALJENATI?

MIN HEJJHIELEK IL-PARAXUT, IL-LUM?

Charles Plumb, kien pilota ta’ ajruplan jet fil-Vjteman. Wara 75 titjira ta’ kumbattiment, il-jet tieghu ntlaqat minn missila u waqt li kien niezel, Plum spara lilu nnifsu mill-jet u nizel bil-paraxut.  L-ghadu  qabduh u qafluh fil-habs. Hemm qatta’ sitt snin sakemm gie mehlus.

Darba wahda waqt li kien qed jiekol go restaurant flimkien mal-mara tieghu, ragel fuq mejda li kienet qrib tieghu, resaq fuqu u qallu: “ Inti ma intix Plumb.  Kont ittajjar il-jet mill-aircraft carrier il-Kitty Hawk. U jum wiehed waqajt prugunier ghand il-Vjetnamiti?”

“Kif taf?” staqsiet miblugh Plumb meta semghu jghid dan kollu.

“Ghax dak in-nhar kont jien li ppakjajtlek il-paraxut. Ir-ragel hakk tnejn idejh bhala sinjal ta’ sodisfazzjon li xoghlu kien ghamlu tajjeb u qallu: “ Nahseb li hadem!”

Plumb assigurah. “Hadem nghid. Li kieku il-paraxut tieghek ma hadimx, illum ma inhiex hawn.”

Dak in-nhar filghaxija Plumb ma setghax jorqod.  Hsiebu kien biss f’dak ir-ragel. “Min jaf kemm ghaddejt minn hdejh u mank biss ghidtlu bongu? Jew kif inti? Dan ghaliex forsi jiena kont pilota u hu kien semplici bahri!!!!!!!!!!”

Plumb haseb kemm dak ir-ragel bahri ghadda hin fil-gewwieni ta’ l-aircraft carrier Kitty Hawk jipprepara l-paraxuts! U ma kull paraxut il-bahri kellu d-destin ta’ xi hadd f’idu li hu ma kienx jaf.

U issa Plumb jistaqsina: “ Min qed jippakkja l-paraxut tieghek? Fil-hajja nehtiegu diversi ghajnuniet, spiritwali, materjali, mentali, emozzjonali... dawn il-paraxuts kollha huma l-ghajnunjiet biex ahna nirnexxu u nibqghu mexjin fil-hajja.”

Fil-hajja tant ahna aljenati li ftit naghtu kaz ta’ dawn il-hwejjeg. Nonqsu li nghidu grazzi, jew jekk jghogbok, naghaddu kumpliment li xi hadd,  jew naghmlu xi haga li tferrah lil xi hadd.

Ejjew  tul din il-gimgha, xahar u sena, nindunaw min huma dawk in-nies li jhejjulna l-paraxut.


Make a free website with Yola