jesusandmary

 

L-AKBAR SAGRIFICCJU


Snin ilu meta kont nahdem bhala volontier fi sptar, sirt naf b’tifla jisimha Liz li kienet qed tbati minn marda rari u serja. L-uniku cans li tfieq kien li tinghata d-demm, imma huha biss seta jaghtiha dan il-kwalita ta’ demm minhabba li huwa li kien marad bl-istess marda, issa fieq u d-demm tieghu rabba fih certu “antibodies” li kienu jfejqu lil ohtu.

It-tabib spjegalu s-sitwazzjoni u talbu biex jaghti d-demm lil ohtu.

Rajtu jingibed lura u wara li ha nifs qawwi ‘l gewwa qal lit-tabib: “ Iva, jekk dak li ser taghmel isalvalha hajjitha.” Hekk kif it-trasfuzjoni tad-demm kienet miexja ‘l quddiem, huwa kien mindud fis-sodda magemb ohtu u tbissem hekk kif ra l-kulur fuq haddejha jimbidel u jiehu l-hajja mill- gdid. Imbaghad huwa sfar u bit-tbissima qal lit-tabib b’vuci imrieghda: “ Jiena issa ser immut ftit ftit?”

Minhabba li kien ta’ eta’ zghira, ma fehemx lit-tabib; haseb li kien ser jaghti demmu kollu lil ohtu imma biex isalvha, imma huwa ghazel li joffri hajtu xorta wahda.

L-imhabba tasal biex taghmel hwejjeg ta' l-ghageb. Kif jaghllimna Kristu hadd ma ghandu mhabba akbar minn din li wiehed jaghti hajtu ghal hbiebu.

Make a free website with Yola