jesusandmary

 

 

Il-Falkun

Sultan ircieva rigal bhala sottomissjoni ta' zewg ifrieh ta' falkuni u haffef ikkonsenjhom lil Mghallem tal- Falkunerija biex iharrighom fil-kacca.. Wara ftit tax-xhur, l-imghallem qal lir-re li wiehed mill-falkuni kien imharreg perfettament.

"U l-iehor?" staqsa r-re.

" Jiddispjacini, sire, imma l-iehor donnu jidher li ghandu xi marda ghaliex l-imgieba tieghu hi xi ftit stamba. Ma jidhirx li hemm xi kura ghalih. Hadd ma jista' jgaghlu jinqala minn fuq iz-zokk tas-sigra li qeghdnih sa mill-ewwel jum. Kull jum qaddej ikollu jixxabbat mas-sigra biex iqieghdlu l-ikel ."

Ir-re sejjah vetenerarji u esperti ta' kull tip izda hadd minnhom ma irnexxilu ihajjar lil falkun biex itir. Mit-tieqa ta' l-appartament tieghu s-sultan seta' jilmah lil falkum immobbli fuq il-fergha tas-sigra. Jum wiehed hareg edit lis-sudditti tieghu biex jistedinhom isibu tarf ta' din il-problema. L-ghada filghodu r-re fetah it-tieqa u b'ghageb kbir ra l-falkun itir b'mod maestuz qalb is-sigar tal-gnien tieghu.

"Gibuli li dak li rnexxilu iwettaq dan il-miraklu," ordna r-re.

Ftit wara gabulu bidwi zaghzugh. "Kif irnexxilek? X'ghamilt? Forsi inti xi sahhar?" , staqsa r-re.

"Semplici sire. Qaccattlu l-fergha li fuqha kien qed isserrah. Il-falkun induna li ghandu gwejnah biex itir u beda itir."

Kultant Alla jqacctilna dik il-fergha li qalbna tkun marbuta maghha u b'xejn ma nkunu irridu nhallu meta imbaghad nindunaw bil-bluha taghna u nersqu Lejh.

Make a free website with Yola