jesusandmary

 

 

L-ID TA'ALLA HIJA AHNA

 

 F'jum ta' xitwa ragel iltaqa' ma' tfajjel mirzugh u iterter bil-bard jittallab il-karita' minghand in-nies li kienu ghaddejjin mghaggla, mit-toroq tal-belt. Id-dehra tat-tfajjel kienet turik li kellu bzonn ta' min jaghtih xi lbies biex jilqa' il-ksieh u joffrilu xi ikla biex ittaffilu l-guh li kellu fuqu.

Dan ir-ragel meta ra l-mizerja ta' dak it-tifel gholla ghajnejh ‘l fuq lejn is-sema u staqsa lil Alla: " Mulej ghaliex ma taghmilx xi haga ghal dan it-tfajjel biex ittaffilu l-guh u l-bard?"

U Alla wiegeb: " Diga ghamilt xi haga ghalih."

Din it-twegiba kienet sorpriza ghar-ragel li minnu fih qal lil Alla: "Mulej, nispera li ma tiehux ghalik, imma dak li nhoss ser nghidulek. Ma jidhirx li dak li ghamilt mieghu qed jahdem."

U mill-gdid Alla wiegbu: " Naqbel mieghek mija fil-mija."

U r-ragel staqsieh: "Mulej, jekk ma jimpurtax nistaqsik, mela, x'ghamilt mieghu?"

"Jiena ghamilt lilek," wiegbu Alla.

Ir-ragel fehem li hu kien il-mezz biex it-tfajjel isib il-hniena. Hadu go hanut u xtralu xi lbies shun tax-xitwa imbaghad flimkien marru go hanut ta' l-ikel u hemm kielu ikla tajba li bhalha t-tfajjel kien qatt ma daq.

 Ma hemm xejn hazin li nitolbu lil Alla biex dak li hu mghawweg jiddrittah, dak li hu zbaljat jikkorregih, fejn hemm it-tbatija jnissel il-kumdita'. Izda hemm bzonn li nitfakru li Huwa ghazel lilna biex naghmlu dawn il-hwejjeg. Iridna niehdu sehem fil-hidma tieghu fost il-bnedmin. Ghazilna biex naghmlu l-gid. Ghandna nhossuna kburin b'din il-missjoni li afdalna f'idejna u li ahna ghandna dmir li naqdu bl-akbar responsabilta'.

Make a free website with Yola