jesusandmary

 

L-IMHABBA TA’ MISSIER

Ragel anzjan ta’ 80 sena kien bilqieghda fuq sufan flimkien ma’ ibnu ta’ 45 sena. F’hin minnhom ghasfur waqaf ghal ftit fuq it-tieqa u l-missier kien pront staqsa lil ibnu dak x’kien. “Missier dak kien ghasfur,” wiegeb ibnu.

Ftit wara l-missier rega’ ghamel l-istess mistoqsija u ibnu wiegbu: “Missier diga’ ghidtlek li dak kien ghasfur li strah ftit fuq hogor it-tieqa .” Wara li ghadda xi hin il-missier rega’ qieghed l-istess mistoqsija lil ibnu u ibnu kemm kemm irritat li missier staqsieh ghat-tielet darba wiegbu b’lehen pjuttost gholi: “Huwa ghasfur, ghasfur, xejn hlief ghasfur.” Il-missier staqsa ghar-raba darba u ibnu ghajjat ma’ missieru u qallu: “Ghaliex qed tistaqsini l-istess mistoqsija. Diga’ hija r-raba darba li ghamilt hekk. Ser nerga’ nghidlek l-istess twegiba li kien ghasfur. Possibbli li imma tistax tifhem dil-haga?”

Mumenti wara l-missier mar fil-kamra tieghu u gab djarju imqatta li kien izomm sa minn meta ibnu kien ghadu zghir. Wara li fethu talab lil ibnu biex jaqraha. “ Il-lum ibni ghalaq tlett snin u kien mieghi bil-qieghda fuq is-sufan meta ghasfur gie jistrieh fuq hogor it-tieqa. Ibni staqsini 23 darba u jiena wegibtu 23 darba li kien ghasfur. Kull darba li staqsieni jiena ghafastu b’imhabba ma’ sidri u ghamilt hekk ghal 23 darba. Ma irrabjajtx mieghu u anqas hassejtni rritat. Pjuttost hassejt imhabba lejn dan ibni.”


Meta it-tifel zghir staqsa lil missieru ghal 23 darba l-istess mistoqsija il-Missier ma rrittax ruhu u l-lum meta il-missier staqsa l-istess mistoqsija ghal erba’ darbiet ibnu rrabja. Ejjew mil-lum nhabirku u naraw li l-genituri taghna huma ferhana u jibqghu hekk sa kemm idumu hajjin. Dejjem urew imhabba genwina maghna. Nuru l-istess imhabba maghhom ahna wkoll. Biex jarawna nies ghamlu sagrificcji kbar; ghalqu ghajnejnhom u ma qisu xejn li quddiemhom kien hemm kesha, shana u maltemp.

Make a free website with Yola