jesusandmary

 

L-ISTORJA KOLLHA

Tifla ta’ hames snin staqsiet lil missierha, “Imma ghaliex Gesu’ miet fuq salib?” Missierha poggha lil bintu Maria bilqieghda hdejh fuq siggu u tkellem maghha. Spejgalha li l-bniedem ma kienx fidil lejn Alla meta Alla ghamillu prova u  kiser il-hbiberja Mieghu.

Kien ghaldaqstant jehtieg li xi hadd jerga’ jaghmilna hbieb Mieghu u dan kien Gesu’, l-iben wahdieni tieghu. Dan ghamlu billi patta’ ghalina permezz tat-tbatija u hallas l-offiza li konna ghamilna bid-dnub u rega’ akkwistalna mill-gdid il-hbiberija ma’ Alla. U marrret tilghab ma’ kuginitha Katie, tifla ta’ l-istess eta’.

Ftit minuti wara l-missier sema’ lil bintu Maria tghid lil Katie li Kristu huwa mejjet. “Le”, qalitha Katie b’konvinzjoni kbira,” Gesu’ huwa haj. Hekk qaltilna l-katekista fl-ahhar lezzjoni tad-duttrina.” “Imma missieri qalli li miet fuq is-salib,” wegbitha Maria. Dak il-hin il-missier irrealizza li kien qalilha nofs rakkont. Mill-gdid sejhilha u pprovha jfehma li Gesu’ qam mill-mewt. “Iva Kristu hu rebbieh fuq il-mewt ghax wara tlett ijiem irxoxta u deher lil appostli biex jurihom li dak li kien qalilhom meta kien haj sehh fil-verita’”.

Il-messagg hu li kemm jiena kif ukoll in-nies ta’ madwari jehtieg li jisimghu l-messagg shih u kollu. Meta ragel mill-Etiopja talab lid-dixxplu Filippu biex jispjegalu dak il-passagg li ma setghax jifhem, Filippu beda’ ixandarlu lil Kristu u dak kollu li ghallem u ghamel. Imbaghad ir-ragel mill-Etiopja, meta fehem il-messagg talab biex jircievi l-maghmudija. (Atti ta’ L-Appostli Kap 8 vers 35). Kristu jrid li jinqeda’ bina biex il-bxara t-tajba tieghu tinxtered mal-bnedmin kollha. Nahdmu mieghu id f’id. Inxandruh kollu kif inhu u mhux dak li jaqbel lilna. Gesu’ qalilna: “Jiena il-Qawmien u l-Hajja. Min jemmen Fija ukoll jekk imut, huwa jghix.” (Giovanni Kap 11vers 25) Mela x’inti tistenna biex bi kliemek u ghemilek ixxandar li Kristu huwa Hajja u Qawmien ghal min tassew irid ifittxu. Hu hareg Rebbieh fuq il-mewt u ahna, hutu, bhalu ghad nohorgu rebbieha fuq il-mewt u mieghu nsaltnu ghal dejjem.

Make a free website with Yola