jesusandmary

 

 

IL-MAHFRA

Dilettant kbir tal-football kien qed imut naqra naqra bil-marda tal-“cancer” u wliedu biex inessuh xi ftit mit-tbatija li kien ghaddej minnha kienu jgibulu videos tal-loghob li jkun intlaghab biex jarahom. U hu kien jiffaxxina ruhu jsegwihom. Fi tmiem is-sajf tant mar lura f’sahhtu li anqas biss kien jiflah joqghod fuq saqajh u kien ikollu jghaddi hafna minn hinu mindud f’soddtu.

 Kien wasal qrib il-mewt u l-kappillan gie jzuru kif kien jaghmel ma’ dawk il-morda tal-parrocca tieghu li ma kienux jifilhu johorgu minn djarhom biex jattendu ghal-liturgija u laqghat ohra fil-knisja tieghu. Tkellmu fuq kollox izda fl-ahhar il-kappilan staqsieh, “ Taf x’jigri meta mmutu?”

 It-twegiba tal-marid kienet xotta u qasira ghall-ahhar.”X’inhu?”

Allura is-sacerdot qallu, “ Is-Sinjur Alla jistiednek toqghod bil-qieghda u jurik il-video ta’ hajtek. Film twil hafna, pero’ ma intix cert x’ser tara….ma tarax biss hwejjeg li tiftakar fihom imma tara wkoll hwejjeg li insejthom. Li jigri hu li tara hafna partijiet mill-film vojta u suwed. U tiftakar li dawk kienu l-okazzjonijiet meta inti ghamilt xi haga hazina, ammettejtha u tlabt mahfra. Meta ghamilt hekk Alla ghafas il-buttuna li thassar u nehha dik ir-registrazzjoni li kienet ghajb ghalik. Dik li tfisser il-mahfra. Tinsa li qatt grat l-offiza. Jekk tistaqsieh x’kienu dawk l-okazzjonijiet Alla jghidlek li nesa. Meta Alla jahfer il-memorja tieghu tinsa kull azzjoni ingurjuza li jkun ircieva. Qatt ma jfakkrek fiha. Ghalhekk jiena ferhan li jum wiehed ser inkun iggudikat minn Alla u mhux mill-bniedem.”

 

Taghlima: L-indiema taghna fuq htijietna ghandha tkun sinciera u gejja mill-qalb biex ruhna tissaffa minn kull htija. Alla, li ghalih ma hemm xejn mohbi u jaghraf sa l-icken hsieb tal-bniedem, meta jarana niedma jahfrilna u jigborna mill-gdid bhala wliedu qisu qatt ma gara xejn.

Make a free website with Yola