jesusandmary

 


MINUTA MA’ ALLA.

Waqt li Ganni kien rieqed ra anglu quddiemu li qallu li f’daru gej Alla. Infurmah ikoll li kien ser jinghata minuta cans biex fiha jitlob kull ma jrid u Alla lest li jisma’ ix-xewqat tieghu.

Qabel ma’ Ganni seta’ jistaqsi xi haga, l-Anglu gheb u Ganni qam f’daqqa wahda u qaghad bilqieghda fuq xifer is-sodda, imhawwad. Tghid kien qed johlom? U jekk kien vera?  Alla kien gej ghandu u Ganni ried jipprepara ruhu sew. Gera’ girja wahda ghal istudju, qabad ;apes u karta u beda jhazzez ix-xewqat tieghu. Bierek lill-familja tieghi, tini sahha kbira, zidli l-flus, nissel paci fid-dinja............

La kellu mument qasir hafna, ried jaghmel hiltu kollha biex jiehu li jista’ minnu. Meta lesta mar fil-kamra tas-sodda jistenna lil Alla. Dam ftit u hadu n-nghas. Beda’ jonghos meta f’daqqa wahda xi hadd kellmu.

“Ibni qed tismghani? Qum minn hemm.”

Malli Ganni fetah ghajnejh ra quddiemu lill-Mulej, imdawwar b’dija liema bhala. “Mela Alla tassew gie jzurni,”qal bejnu u bejn ruhu.

“Itlobni u naghtik,” qaltlu l-vuci.

Ganni thawwad. Ma kienx jaf x’jaqbad jaghmel. Nizel gharkubtejh u tenna t-talba tal-Missierna.  “ Mulej ma nafx x’ser nghidlek... kemm inhossni onorat bil-prezenza tieghek.... jiena li jiena midneb kbir gejt izzurni minkejja li ma jisthoqllix...ahfirli dnubieti.”

Kien hemm pawsa qasira. Imbaghad il-vuci qalet: “ Jiena hfirtlek.” U Alla beda’ jghib.

“Stenna, stenna, Mulej,” qal Ganni,” ghax ghadni ma ghidtlikx ix-xewqat tieghi.”

Il-Vuci qalet mill-gdid: “Inti tlabtni nahfirlek u jiena hfirtlek. Il-minuta tieghek ghaddiet.”

“Missier mela Inti rrabjat mieghi?” staqsa Ganni.

Il-Vuci instemghet tghid lil Ganni: “  Ghaliex qed tahseb hekk? Jiena Missier hanina. Nahfer u naghder u ninsa’ kull nuqqas meta nara l-indiema. Kuljum ghandek l-opportunita’ li titlobni dak li trid, nistennik u madanakollu ma tigix.

It-tron tieghi hallejtu biex nigi ghandek u issa tinzel gharkubtejk u  ssejjahli Missier. Ibni ghaliex jiena Alla tieghek u ghandi nistaqsik liema huma x-xewqat tieghek? X’imhabba turi lejja? X’sagrificcji taghmel minhabba fija?  Jiena Alla tieghek u madankollu ma tqisnix bhala Dak li tajt hajti ghalik. Inti tinzel u titbaxxa quddiem ir-rejiet u l-irgejjen tad-dinja li jiena ghamilt u huma ma jafunix.  Ibni, ibda mill-gdid. Xerred il-Kelma tieghi fost in-nies. Ghidilhom li jiena ma ninsa’ qatt l-ghajjat taghhom ghal ghajnuna. Ghidilhom jghozzuni ghaliex bil-grazzja tieghi jinfethu l-bibien tal-genna.”

Ganni fetah ghajnejh u ra l-verita’ kollha ta’ dak li ghadda minnu. Intebah fuq r-realta’ tal-hajja li kien qed jitlef ghax kien ghama ghall-verita’. Haga daqshekk semplici li lkoll rridu nisimghu.

Ifihmha li t-tahbit zejjed u l-gibda ghall-hwejjeg tad-dinja bosta drabi jtellfuna minn dak li hu essenzjali – id-dmirijiet taghna lejn Alla. Il-fidi tieghek ghandha tmexxik lejn il-Hallieq tieghek u Mieghu titkellem bhalma tifel jitkellem ma’ missieru u juri mhabbtu lejh.


Make a free website with Yola