jesusandmary

 

PAR ZARBUN

Ftit taz-zmien ilu tajna par zarbun gdid lit-tifel taghna ta’ tlett snin. Tant ferah bihom li ma nehhihomx minn saqajh qabel ma wasal il-hin ta’ l-irqad. Imma l-ghada nesa’ kollox u libes is-slippers qodma tas-soltu. Marti qaltli:” Nixtieq li japprezza kemm swewlna dawk il-par zarbun li tajnih il-bierah.”

Iz-zarbun tassew li kien jiswa’ kemxa gmielha, imma tfajjel ta’ dik l-eta’ ma jkunx jaf kemm hdimna u gemmajna biex nakkwistawhomlu. Anzi ma tantx japprezza wisq. Tfajjel jircievi rigali b’idejh miftuha. Imma qatt ma jara li wara r-rigali hemm is-sagrificcju.

Kultant ahna ngibu ruhna bhal dan it-tfajjel. B’idejn miftuha nircievu d-doni ta’ Alla bis-sahha tal-hniena kbira tieghu, imma jiena grat xejn Lejh? Nahseb xejn il-prezz li thallas biex jiena nista’ nghix hajja shiha? Il-prezz ghal dan kien gholi wisq – aktar mill-hwejjeg li jintemmu fid-dinja, fidda jew deheb. Kif naqraw fl-ewwel ittra ta’ San Pietru li biex dan isehh, kien mehtieg id-demm prezzjuz ta; Kristu, il-haruf minghajr tebgha. Pietru 1 versi 18 – 19).

Gesu’ ta hajtu ghalina, prezz tant gholi biex jaghmilna parti mill-familja tieghu. U Alla qajmu mill-mewt. Meta nifhmu il-prezz tas-salvazzjoni taghna, nitghallmu tassew inkunu rikonoxxenti. Mulej ghinni nifhem il-pass li hadt biex issalvani, hadt fuq spallejk dnubieti u mitt f’tant hruxija. Fakkarni biex qatt ma jghaddi jum wiehed biss minghajr ma jiena nroddlok hajr ghal din it-tjieba kbira tieghek lejja.

Make a free website with Yola