jesusandmary

 

 TLETT TIPI TA NSARA - MA' LIEMA TAGHMEL?

Ghalliem sacerdot kellu klassi teenagers quddiemu u ried jaghtihom messagg ta' minn kien il-veru nisrani. Qallihom: " Hawn tlett tipi ta' nsara. L-ewwel tip huwa tug boats, it-tieni sailing boats u t-tielet raft boats. Din hi t-tema tas-suggett taghna miftuh ghad-diskussjoni."

Izda hadd milli kellu quddiem ma seta' jifhem x'ried ifisser b'dawk it-tixbihat. Kulhadd qaghad lura u hadd ma fetah halqu minkejja li hajjarhom hafna.

" Mela nibda jien," fetah id-diskussjoni s-saerdot, " Kull min jmur sal-port jara li t-tug boat huwa dak il-vapur ta' sahha, li kontra kull mewg u kurrent jigbed jew jimbotta vapuri akbar minnu sakemm jidhlu fil-port u jankraw mal-moll.  Hekk ukoll in-nisrani jithabat u jimxi kontra l-kurrent tad-dinja biex jghogob lil Alla u jaghmel dejjem ir-rieda tieghu. Ghax biex taghmel il-
volonta' ta' Alla trid tithabat u tistinka u tohoda kontra x-xewqat tieghek...........imma fl-ahhar tgawdi paci kbira u tasal fil-port tas-salvazzjoni."

"It-tieni tip: is-sailing boat dik id-dghajsa bil-qlugh mitfuh u minfuh bir-rih ghax ir=rih ikun go fiha. Sakemm is-sitwazzjoni tibqa' hekk kollox sew, imma meta r-rih ikun kontra, id-dghajsa titharbat u tmur 'l hawn u 'l hemm jekk it-tmunier ma jaghtix kaz ta' dak li qed jigri.  Hekk ukoll hemm nsara li filwaqt li dak li jrid Alla jkun jghogobhom kollox ikun ward u zghar, imma meta jitlobhom hwejjeg li ma jaqblux ghal widnejhom jingarru mal-kurrent. Il-ligi ta' Alla qatt ma nistghu naghzlu minnha biex inharsuha. Irridu nobduha kollha kemm hi."

It-tielet tip: ir-raft boat hija dghajsa li tingarr mal-kurrent u l-mewg, daqqa tahbat mal-blat fil-wicc u ohra mal-blat tax-xatt.  Ma ghandha ebda direzzjoni. Tasal biex titfarrak u tintilef hi u dawk ta' fuqha.  Tixbiha tan- nisrani li ma jimpurtahx minn Alla u l-Ligi Tieghu.  It-telfien ikun xortih.  O xi bluha tibdel is-shih mar-rih. Erbat ijiem jghaddu imma mbaghad tmur tbati eternita' fit-telfiem ta' dejjem gewwa l-infern."

Ma liema kategorija naghmlu?

Make a free website with Yola