jesusandmary

 

 GHAX AHNA ULIED ALLA AHNA GHONJA.

 

 “Mbierek Alla u Missier Sidna Gesu’ Kristu li berikna b’kull xorta ta’ barka spiritwali, fis-smewwiet fi Kristu. Hekk hu ghazilna fih, sa minn qabel il-holqien tad-dinja biex inkunu qaddisa u bla tebgha quddiemu fl-imhabba. Iddestinana minn qabel biex inkunu ghalih ulied adottivi permezz ta’ Gesu’ Kristu: hekk ghogob lir-rieda tajba tieghu ghat-tifhir tal-glorja tal-grazzja tieghu li biha mliena fil-Mahbub tieghu. Fih ahna ghandna l-fidwa bid-demm tieghu, il-mahfra tad-dnubiet, skond l-ghana tal-grazzja tieghu. Biha fawwarna fl-gherf u l-ghaqal kollu. (Efesin 1 : 1-8)

 Gesu’ ghad li kien Alla libes in-natura unama b’dak kollu li ghandha minbarra d-dnub. “Ghad li huwa kien ghani, ftaqar minhabba fikom, sabiex intom tistaghnu permezz tal-faqar tieghu.: Korintin Kap 8 vers 9

 

 Minhabba f’hekk ahna:

 

Nissejhu il-maghzula t’Alla: Alla ghazilna sa mill-bidu biex naghmlu parti mill-pjan tieghu minkejja li ma kienx jisthoqqilniex. “Iddestinana minn qabel li nkunu ghalih wlied adottivi permezz ta’ Gesu’ Kristu; hekk ghogob lir-rieda tieghu ghat-tifhir tal-glorja tal-grazzja tieghu li biha mliena fil-Mahbub tieghu.” (Efesin kap 1 ver 5)

 

 Ahna mifdija bid-demm prezzjuz ta’ Gesu’: Kristu fdiena bi prezz gholi hafna ghax halla hajtu fuq salib fost l-akbar kefrija u hruxija. “ Kunu afu li intom kontu mifdija mill-hajja taghkom fiergha li hadtu minghand missirijietkom, mhux b’xi haga li tintemm bhalama hi l-fidda u d-deheb imma bid-demm ghaziz ta’ Kristu li kien bhal haruf bla ghajb u bla tebgha. ( 1 Pietru Kap 1 versi 18-19)

 

 Iggustifikati: Ahna ilkoll hajta tad-dizubbidjenza kontra Alla. “Il-bnedmin kollha dimbu u ccahdu mill-glorja t’Alla.” (Rumani Kap 3 vers 23) Imma il-fidwa ta’ Kristu mill-gdida resqitna lejn Alla, ahna li konna ‘l boghod minnu minhabba d-dnub. “Kollox gej minn Alla li habbibna mieghu niffsu permezz ta’ Kristu u tana l-ministeru ta’ din il-hbiberija tal-bnedmin ma’ Alla.” (2 Korinti Kap 5 vers 18).

 

 Dnubietna mahfura: Alla hafrilna id-dnubiet taghna kollha, kemm dawk l-imghoddija kif ukoll dawk prezenti. Is-sagrament tal-qrar flimkien ma’ indiema ghan-nuqqasijiet taghna inehhi minna kull dnub u jghinna nghixu b’mod intimu l-hajja taghna ma’ Alla. “Id-demm ta’ Gesu’ Kristu, Ibnu, inaddafna minn kull dnub.” “ Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u gust, hekk li jahfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull hazen.” (1 Gwanni Kap 1 vers 7,9)

 

 Ahna bnedmin hielsa: Min ifassal hajtu fuq r-rieda t’Alla huwa hieles minn kull dnub u miexi fit-trieq tal-perfezzjoni. “Mela issa ma hemm ebda kundanna ghal dawk li jghixu fl-ghaqda ma’ Kristu Gesu’ Ghax l-ligi ta’ l-Ispirtu li jaghti l-hajja fi Kristu Gesu’ helsitni mill-l;igi tad-dnub u tal-mewt.” (Rumani Kap 8 versi 1-2)

 

 Il-hwejjeg ta’ veru siwi huma dawk ta’ natura spiritwali. U l-grazzja t’Alla ghamlitna bnedmin sinjuri. Frugha tal-frughat u kollox frugha barra li wiehed ihobb lil Alla.

 Nitolbu lil Mulej jqieghed l-ghamara tieghu gewwa qalbna li ma ghandha qatt tkun mera ta’ falzita’.

 

 Meta nhallu lil Alla jahdem fina bil-mod il-mod nibdew nirriflettu d-dawl tieghu fi kliemna,  fi hsiebijietna, u fl-imgieba taghna ma' haddiehor. HEKK IKUNU WLIED ALLA.

Make a free website with Yola