jesusandmary

 

XEJN MA JISTA' JIFRIDNA

Rebekka xtaqet kieku tmur tilghab ma’ shabha fuq is-silg, izda filghodu missierha qalilha li dak innhar ma setghetx taghmel hekk.

“Imma ghaliex, missier?”.

“Afda fija, Rebekka. Il-lum mhux dan l-ahjar ghalik,” wissieha missierha.
Rebekka wieghdet lil missierha li ser tobdi u wara li tatu bwesa telghet fuq fil-kamra taghha. Minn hemm bdiet tisma’ lit-tfal jghajjtu u jixhtu il-blalen tas-silg lil xulxin. “Kif nista’ nibqa’ hawn gewwa?,” ghaddielha hsieb minn mohha u wara li damet ittella’ u tnizzel jekk ghandhiex tibqa’ tobdi lil missierha, nizlet inkiss inkiss u marret tilghab ma’ shabha fuq is-silg.

Wara li rat li damet bizzejjed, marret lura d-dar biex meta jigi missierha isibha hemm. Waqt li kienet tiela’ it-tarag zelqet, waqghet xi tlett targiet u laqghtet vazun li kien hafna ghal qalb missierha. Il-vazun sar frak. X’ser tghidlu issa lil missierha? Gabret il-frak u telghet fil-kamra taghha tikbi u hemm qaghdet il-kumplament tal-jum kollu.
Meta dahlet is-seftura biex tara jekk ghandhiex bzonn xi haga, ratha tikbi. “Ma obdejtx lil missieri u fuq kollox kissirtlu l-vazun ta’ qalbu.  Issa ma jkellimnix aktar,” qalet Rebekka lis-seftura fost hafna ilfieq.

“Ara Rebekka, qalbi,” qalitilha s-seftura,” kollu inutli li tibqa’ hawn tikbi. Mur ghand missierek, ghidlu x’gara, urieh li jiddispjacik u hu jahfirlek.”

“Dak zgur  ma jahfirlix. Barra li ma obdejtx, kissirtlu l-vazun preferit tieghu.”
“Rebekka, missierek ihobbok ghaliex inti bintu.  Mhux dejjem hekk jghidlek kuljum.  Tiddubita kelmtu?”

Rebekka hadet il-parir tas-seftura.  Nizlet isfel u marret fis-salott fejn kien hemm missierha, kollha biza’.”

“Ejja ghaziz tieghi. Fl-ahhar gejt. Ili nistennik hafna.”

“Missier ahfirli li ma obdejtikx anzi aktar minn hekk kissirtlek il-vazun preferit tieghek.”

“ Naf rajtek hierga u rajtek diehla. Sahansitra smajt il-vazun jinkiser”

“Mela inti mhux ix-xoghol kont, missier?”

“Le illum hadt vakazna biex noqghdu flimkien u ngawdu l-kumpannija ta’ xulxin.”

“Ghalhekk jiena ghidtlek li l-lum ma stajtx tohrog billi ridt li nitkellmu.”

“Imma missier inti tahfirli ta dak li ghamilt?”

“Daz-zgur li nahfirlek.  Inti binti u jiena nhobbok fuq kollox.”

 XEJN MA GHANDU JIFRIDNA MILL-MAHBUB TAGHNA, GESU’ KRISTU. HU JHOBBNA B’IMHABBA KBIRA U META NONQSU HU JIBQA’ JISTENNIENA. 
ZGUR LI MA JWARRABNIX META AHNA NDURU LEJH. HU JIEHU GOST BIL-KUMPANNIJA TAGHNA, IZDA JRID LI MA NACCETTAWHIEX BILFORS, IMMA NIFTHULU BERAH IL-BIEB TAL-QALB TAGHNA MINN JEDDNA, GHAX IRRIDU, GHAX NAFU LI MINGHAJRU AHNA MA NGHADDUHX, AHNA MA AHNA XEJN.
IBQA’ MAGHNA MULEJ.


Make a free website with Yola