jesusandmary

 

 

 L-ILSIEN STRUMENT TA' KURAGG JEW QERDA!

"Ebda kelma mhux xierqa ma ghandha tohrog minn fommkom, imma kliem sewwa li jedifika skond il-htiega, kliem li jaghmel il-gid lil min jisimghu." (Efesin Kap 4 vers 29)

Qatt sibtu ruhkom f'sitwazzjoni fejn kontu lesti taghtu kwalunkwe haga biex tregghu d-dinja lura, mqar ghal hames sekondi biss? Hafna drabi f'hajti jiena garrabt dik is-sitwazzjoni meta lablabt xi ftit zejjed u hallejt ilsieni jigri bija. Meta kont student universitarju fit-tieni sena tieghi ta' studju ghaddejt minn esperjenza simili.

Is-suggett ta' l-Istorja fil-kurrikulum ta' l-istudju tieghi zgur ma kienx xi suggett ghal qalbi u kieku kelli nivvalutah kont inpoggih fl-ahhar tal-lista. Biex taxxaqha l-ghalliem li kien jaghtina l-lectures anqas ma kien xi wiehed favorit tieghi u allura meta kont nidhol fil-klassi kont diga nhossni frustrat. Dak il-jum hekk kif dhalt gewwa, ilmaht zewg tfajliet li kienu jattendu wkoll fil-klassi tieghi fuq il-bankijiet ta' quddiem nett jikbu u jolqfu, iggranfati ma' xulxin. Naturalment il-parti sensittiva fija kienet nieqsa dak il-jum, u minghajr ma qaghadt nahsibha darba darbtejn sbukkajt: " Xi tnewhu l-lum! Xi gralkom?" U minghajr ma stennejt risposta komplejt: " Qisu mietilkom xi hadd!" Dak il- hin ridt l-art tiblaghni u xtaqt naghti miljun dollaru biex nibla' dak li ghidt. Wahda mit-tfajliet harset dritt lejja u wegbitni: " Iva, huha, ghadha kemm taf issa. Baghtulha messagg permezz tac-cellulari."

Qatt ma kont smajt bil-film, "Honey I shrank the kids" , imma li kieku kont naf bih, dak il-hin kont naghti kollox biex icekknuni daqs nemla biex ma nidhirx u hekk kont nohrog mill-klassi minghajr hadd ma ikun induna. Sfortunatament hadt dexha, qisha laqtitni sajjetta, u kien haqqni.

Il-Bibbja tghidilna li lsiena jista jkun ghodda perikoluza hafna. Bih nistghu naghmlu hafna gid imma daqshekk iehor nistghu naghmlu hafna deni. Gesu' kien ukoll mastrudaxxa, jghaqqad u jibni l-ghamara. Ahna segwaci tieghu, imsejha biex bhalu nkunu mastrudaxxi ohra, nghaqqdu u nibnu s-saltna tieghu. Meta nghidu kliem ta' nkoraggiment ahna nkunu nibnu u nsahhu wiehed lil iehor. Imma il-kliem kattiv taghna, kliem li jwegga', ikisser lil ta' madwarna. U ahna bhala wlied Alla, ahna l-knisja tieghu u hija din il-knisja li qed nibnu jew nhottu bi kliemna.

Imagina li kull fejn tmur inti ggorr mieghek zewgt ibramel, wiehed mimli gas u l-iehor mimli ilma. Meta titfacca quddiemek xi cirkustanza fejn xi hadd qed jikkritika lil haddiehor, inti tuza l-barmil tal-gass u tinghaqad mieghu fid-diskors li jwegga' u trewwah il-fjammi tal-kritika distruttiva jew tuza l-barmil ta' l-ilma biex tbatti l-fjammi tan-nar? L-istess haga nistghu nghidu fuq min qed jghaddi kliem ta' kuragg lill-proxxmu tieghu. Tuza l-gass biex tinkoraggixxi li tikber l-fjamma tal-hegga u hekk tkun ta' ezempju tajjeb ghal haddiehor jew tikkritika billi titfa' l-ilma biex taghti dexha lil dawk li qed jippruvaw jibnu?

Jekk il-Gisem ta' Kristu ma jidhirx f'ghajnejn il-bnedmin dak li nixtiequ li hu, nezaminaw lilna nfusna. Wara kollox huma ahna l-bnedmin li qeghdin nibnu jew nkissru. Kun zgur li qed tuza l-barmil it-tajjeb.!

Make a free website with Yola