jesusandmary

 

 

QUDDIEM ALLA XEJN MA HEMM MISTUR

Hija drawwa qaddisa li fi zmien l-Ghid, il-kappillan flimkien mal-kleru johorgu jbierku id-djar jew ahjar lil familji nsara. Imma li kieku kellu jaslilna messag li din is-sena flok il-kappillan kelu jigi Kristu in persona, allura l-affarijiet jiehdu xejra ohra. Inhossuna xxurtjati, innaddfu sa l-inqas rokna tad-djar filwaqt li nzejnuha mill-ahjar li nistghu biex lil dan Kristu Imghallem taghna nuruh il-bejta taghna fl-ahjar taghha........... Izda stenna ftit........

Li kieku kellu jigi Kristu u meta jkun qieghed bil-qieghda jitkellem mieghi fis-salott jistaqsini : "Inti tmur quddies nhar ta' Hadd? Tghaddi xi ftit tal-hin mieghi, quddiemi fit-tabernaklu, titlob fil-familja flimkien ma uliedek...etc etc?" jiena kif ser inwiegbu? Ir-risposta tieghi sinciera hija : " Il-quddiesa ta' nhar ta' Hadd ta' igri u gerri, bilfors, ninvistah ma tantx ghandi hin, ghalkemm biex inpacpac fuq il-futbol u suggetti ohra ma shabi nsibu l-hin kollu, ghat-talb fil-familja, nhossni ghajjien wara jum xoghol"

Li kieku waqt li qed jixrob dak li nkun offrejtlu, jfettilu jistaqsini: " Inti r-relazzjoni tieghek mal-mara kif inhi? Qed tkun leali lejn il-vokazzjoni tieghek?" jiena kif ser inwiegbu? Twegiba vera tieghi hija : " Il-vokazzjoni tieghu fil-hajja mizzewga mhux dejjem hija ezemplari."

Li kieku kellu johodni ghal-gharrieda u jistaqsini: " Imma inti gust mal-proxxmu tieghek? Tistmghu bhal ma trid li haddiehor jirrispetta lilek? Ghidli s-sewwa." U jiena kif ser inwiegbu meta niskarta mix-xoghol u l-gurnata tax-xoghol tieghi tkun inqas minn dak li qed nithallas ghalih, jew li nitkellem kif gie gie fuq il-proxxmu tieghi minghajr ma noqghod inqis kliemi.

"Ahjar nerga nahsibha u nistieden lil kappillan biex jigi hu ghax bih kollox jibqa' mistur," nghidu ahna bejna u bejn ruhna.

Boloh li ahna. Inhdahhulha f'rasna darba ghal dejjem li ghal Alla xejn ma hemm mohbi jew mistur; Hu jaf sa l-icken hsieb fil-mohh u l-qalb tal-bniedem. Hu ghad jiggudikana. Niftakruha li ma hemmx paci ghall-hziena. Il-paci li Kristu offrilna meta hu rebah il-mewt u d-dnub ngawduha biss jekk il-binjarju taghna ikun jaqbel ma' dak ta' Alla. Il-paci hija frott ta' l-armonija li ikun hemm bejni u bejn Alla.

Make a free website with Yola