jesusandmary

 

IN-NISRANI GHANDU JKUN KRISTU IEHOR.

 

Gewwa l-Isvezja hemm knisja storika, imma dak li jolqot lil min izurha hu kurcifiss ta’ daqs ta’ bniedem, imdendel ma’ hajt ta’ din knisja.

Dan jigi quddiem il-pulptu, minn fejn il-predikatur jista’ jarah imma in-nies ma tistax. Mistoqsi ghala il-kurcifiss hu mohbi b’dan il-mod il-gwida jirrakonta din l-istorja.

Kien il-Hadd meta ir-re Carlu XII ghamel vista mhux mistennija f’din il-knisja. Meta il-predikatur lemah lir-re diehel warrab fil-gemb il-priedka li kien ipprepara u ghadda il-hin jitkellem fuq il-virtuijiet tar-re u kemm kien jahdem ghall-poplu tieghu. Ftit granet wara ir-re baghat rigal lil knisja u dan kien il-kurcifiss li l-lum jinstab imdendel mal-hajt.

 Mar-rigal kien hemm ittra fejn fiha r-re ordna li l-kurcifiss jigi imdendel fuq il-hajt faccata tal-pulptu sabiex il-predikatur li jkun fuq il-pulptu jiftakar li dak li jitkellem ghandu jkun fuq dak li qed jara.

 

Taghlima: Kristu ghandu jkun il-mira ta’ hajjitna. Ghemilna ghandu juri li ahna xiehda awtentici ta’ Kristu il-feddej taghna.

 
 

Make a free website with Yola