jesusandmary

 

 ID-DAGHA

Alla tana ilsiena biex infahhruh bhala l-Hallieq taghna u s-Salvatur tal-bnedmin.

Tant irgiel kemm nisa u anke tfal imfarfra juzaw ilsienhom biex jidghu u johorgu l-insulti taghhom kontra l-Maesta Divina.

Il-Mulej hu ghajjur ghal isem imqaddes tieghu u jaghtina kmandament li hu mnizzel fid-Dekalgu ( L-Ghaxar Kmandamenti): La issemmix l-isem ta’ Alla fil-batal.

Gesu’ jghallimna fil-Missierna, talba qasira, imma ta’ valur immens, li ghandna nitolbu lil Alla dawk il-hwejjeg necessarji. Imma l-ewwel u qabel kollox iwissina biex nitolbu li isem Alla taghna ikun mhux biss rispettat, izda mqaddes: “Missierna li inti fis-smewwiet jitqaddes ismek……………”

Madanakollu fuq l-art ma hemmx isem daqshekk imzeblah u nsultat.

Kemm jidghu kontra Alla, Kristu, il-Madonna, l-Angli, il-Qaddisin u dak kollu li hu qaddis! Fl-ufficini, fil-postijiet tax-xoghol, fil-hwienet, fit-toroq, fil-familji; fiz-zminijiet tal-lum ma tistax tghaddi minn imkien u ma tistmax l-isem ta’ Alla mzeblah.

Kull dawgha hija bhal daqqa ta’ harta li iben jaghti lil missieru.

Ahseb ftit x’ingurja lil Alla hija d-dawgha. Tishet lil Alla li tant habb il-bniedem li ta lil Iben unigenitu tieghu bhala sagrificcju ta’ tpattija biex il-bniedem ma jintilifx izda jkollu l-hajja ta’ dejjem; l-Iben ta’ Alla xerred sa l-inqas qatra ta’ Demmu biex jifdina. X’ingratiudni ta’ mostru! F’jum wiehed biss min jaf kemm dagha jissemma’ kontra Dak il-Benefattur Divin taghna.

Huwa dmir tat-tajbin li jpattu ghal dawn l-insulti.

Kull tpattija hija bhal qatra balzmu fuq il-Qalb Divina imcarrta u minfuda bid-dagha.

L-ewwel pass ghal din it-tpattija huwa li dejjem insemmu bir-rispett l-isem imqaddes ta’ Alla .

Qatt ma ghandna nkunu okazzjoni ghal hadd biex dan isemmi l-isem ta’ Alla fil-batal. Tkun fuq xuftejna l-gjakolatorja: Ikun imfahhar l-Isem Qaddis ta’ Alla kull meta nisimghu li Ismu ikun imzeblah. Meta nqisu li korrezzjoni tkun f’waqtha u postha, naghmluha b’imhabba lil dak li offenda lil Alla.

Jekk narawha mhux postha ghax il-korrezzjoni taghna aktar tisfa’ ta’ deni milli ta’ gid, infahhru lil Alla dak il-hin b’xi talba u meta jkun il-waqt u ssaltan il-kalma naghmlu l-korrezzjoni taghna.

ID-DAWGHA TOLQOT DIRETTAMENT L-ATTTRIBUTI TA’ ALLA.

Id-dnubiet johduha kontra u joffendu l-attributi ta’ Alla, jigifieri l-kwalitajiet li jinsabu b’mod l-aktar perfett f’Alla. Naghtu ezempju biex nifhmu ahjar: is-serq joffendi l-gustizzja ta’ Alla, is-suppervja toffendi l-glorja ta’ Alla, il-gibda toffendi l-veracita’ ta’ Alla, id-disperazzjoni toffendi l-hniena tieghu….Imma id-dawgha tolqot totalment lil Alla fl-attributi kollha tieghu, xejn eskluz.

Alla huwa Qaddis u Qaddis ghal tlett darbiet: QADDIS, QADDIS, QADDIS, IL-MULEJA LLA TA’ L-EZERCITI, IS-SMEWWIET U L-ART HUMA MIMLIJA BIL-GLORJA TIEGHEK. Hekk inkantaw fil-quddiesa.

Alla huwa l-perfezzjoni nfinita: Hu jgawdi l-perfezzjonijiet b’mod infinit minghajr id-difetti li ghandhom il-kreaturi. Id-dawgha tinnega l-perfezzjonijiet kollha u tattbribwixxi Lilu d-difetti kollha.

Alla huwa Verita: “Jien hu s-Sewwa,” jghid Gesu; huwa la jista’ jqarraq u anqas jitqarraq. Il-bniedem li jidghi jiddikjarah falz u giddieb ghaliex jinnegga kollox fuq Alla meta jipparagonah……..u ghalhekk jiskredita ir-religjon, il-Vangelu, il-Knisja, il-Papa…

Alla hu Gust, il-legislatur suprem u fuq kollox li jikkmanda: Tipprofanawx l-Isem Tieghi. Kiteb Tertulliano, wiehed mill-ewlenin kittieba nsara: “ L-Isem ta’ Alla huwa propjeta’ tieghu li ma jcediha lil hadd.” Il-bniedem li jidghi jaghmel tieghu dak li hu ta’ Alla biex jipprofanah u jzebilhu.

Alla jista’ kollox, hu Omnipotenti: “Dak kollu li ried Alla ghamlu fis-sema, fl-art fil-bahar u fl-abbissi. (Salmi). Dak li jidghi jisfida l-omnipotenza divina u jipprova jgibha fix-xejn.

Alla huwa Providenza : Tista omm tinsa’ lit-tarbija taghha? Anke jekk din tinsa’ Jiena qatt ma ninsiek. (Isaija) Il-bniedem li jidghi jillamenta, jixher u jingurja ghall-kull nuqqas u kuntrarju zghir…minflok ma jirringrazzja lil Alla li tant jipprovdi spiritwalment u anke materjalment lill-bnedmin, kemm tajba kif ukoll hziena.

Alla hu nfinitament Gharef. Bizzejjed taghti harsa madwarek: ix-xemx li titla’ u tinzel, il-kwiekeb li jirrisplendu bid-dwal irqieq taghhom, il-muntanji li minnhom jinzel kwantita’ hekk kbira ta’ ilmijiet puri, l-istaguni li jalternaw skond iz-zmien, il-bniedem li hu mahluq ghax-xebh ta’ Alla….. U mas-Salmista nistqarru: Kemm huma kbar l-opri tieghek O Sinjur, inti ghamilt kull haga bil-gherf. Anke l-bniedem li jidghi ghandu ghajnejn biex jara u raguni biex jifhem din is-sbuhija u sapjenza…. Madankollu flok ifahhar lil Alla jichdu u jipprova jirridikolah.

Alla hu Mhabba. Bizzejjed taqra’ l-Evangelu u tintebah b’dan. Alla jilqa’ l-kreaturi kollha tieghu, jiehu hsiebhom billi jipprovdilhom l-ikel tar-ruh u tal-gisem. Jixbah lis-Samaritan li tefa’ il-balzmu fuq il-feriti ta’ dak il-Lhudi nofsu mejjet, jixbah lir-rghaj li jhalli d-99 biex isib in-naghga mitlufa, lill-missier li mill-gdid haddan lil ibnu li abbandunah….Alla li sar bniedem biex imut halli jsalva lill-bniedem li dineb kontrih….

Itfa’ harstek o bniedem li zzeblah lil Alla bi kliemek u ilmah lil Gesu’ mislub u ara kemm imhabba ghandu ghalik. Osserva idejh u saqajh imtaqqbin bl-imsiemer rasu nkurunata bix-xewk, qalbu minfuda bil-lanza u gismu gerha wahda….u waqt li hu qed imut inti ghandek il-hila toffendih bi kliemek bhalma ghamlu l-Lhud fuq il-kalvarju.

KIF SER ISSEJJAH DAN ID-DELITT JEKK MHUX L-AKTAR ORRIBLI FOST ID-DNUBIET KOLLHA.

Make a free website with Yola