jesusandmary

IS-SALIB

Ebda bniedem ma jista’ jahrab is-salib. L-Iskrittura Mqaddsa turina kif il-profeta Geremija kien jistqarr ma’ Alla li ma jiflahx ghas-salib li tah Alla, li jxandar il-messagg divin lill-poplu lhudi, li kien abbanduna lil Alla. Geremija kien qed ixandrilhom li l-kastigi kienu fil-qrib minhabba dnubiethom.  Dan il-kliem xejn ma nizel tajjeb mal-poplu u allura ippersegwitah, hataf u tefa’ fil-habs lill-profeta ta’ Alla. Kull min semghu hadha kontra tieghu u ttimbrah bhala traditur. Il-bniedem ta’ Alla kien qed ihossu bhala l-bniedem tad-dahq; ma kienx jaf fejn ser jaghti rasu jew lejn min idur.

Il-karba tal-Profeta
[20:7] Qarraqtni, Mulej, u jien tqarraqt: kont aqwa minni, u għelibtni. Jien sirt id-daħka ta' kuljum, kulħadd jiddieħak bija.
[20:8] Kull meta niġi biex nitkellem, jien ngħajjat, u nxandar, 'Moħqrija u ħsara!' Il-kelma tal-Mulej saret għalija tagħjir u tmaqdir kuljum.
[20:9] U jien għedt: 'Ma nsemmihx aktar, ma nitkellimx aktar f'ismu.' Iżda f'qalbi hemm bħal nar jaqbad, magħluq f'għadmi. Għejejt inżommu magħluq ġo fija, ma niflaħx aktar għalih. 

Jista’ is-segwaci ta’ Alla jkun segwaci Tieghu minghajr ma jerfa’ is-salib tieghu? Jista’ n-nisrani jghix minghajr salib? Li terfa’ is-salib tieghek u tbati ifisser li inti thobb.
Valerie Price kienet zaghzugha ta’ 23 sena u marret s-Somalja biex tghin lill-foqra. Habirtek biex tipprovdi ikel lil bosta nies bil-guh specjalment lit-tfal. Sahansitra waslet biex tiftah skola halli dawk l-imsejkna jitghallmu u jkollhom tama ghall-futur. Rat l-isforzi taghha jnisslu l-frott izda mhux minghajr slaleb u tbatijiet.  Sena wara sfat maqtula mill-hallelin quddiem l-istess skola li hija waqqfet. Valerie kienet lest li tirriskja hajjitha biex tghin lil haddiehor. Tilfet hajjitha, izda sabitha fil-hajja eterna.
Meta Kristu pprezenta l-programm tieghu lid-dixxipli tieghu, u lilna wkoll. ma tanhiex programm ta’ kif ser inkattru il-gid taghna materjali jew kif ser inkunu aktar stamti jew kif ser nikbru fl-unuri izda tana s-salib. MIN IRID JIG WARAJJA JERFA’ SALIBU KULJUM U JIMXI WARAJJA.

U kien car Gesu’, kuljum u mhux biss f’xi mumenti tal-hajja taghna jew ghal xi zmien determinat. KULJUM.

Gesu’ bhal Geremija kellu jaffronta l-konsegwenzi tar-relazzjoni tieghu ma’ Alla u l-missjoni tieghu fuq l-art li kienet qed tmexxih lejn mewta l-aktar harxa. Kristu ma qaghadx joghmod il-kliem.  Min ser jaghzel li jimxi warajh  kellu u ghandu jaghzel it-triq tas-salib, it-triq tat-tbatija.  Irid jghid le lilu nnifsu u jghid iva lil Alla ghal dak li jitlob minnu l-Mulej.

Bejn li tezisti u tghix hemm differenza kbira. Hawn hafna li jezistu, dejjem bezlin, aktar ghajjenin, hsibijiethom fil-hwejjeg tad-dinja, ma ghandhomx hin biex jieqfu, jahsbu u jaghmlu ghazliet li minghajr dubju jaqtghu fil-laham il-haj. Izda li jaghtu sens lill-hajja.  Imbaghad hemm dawk li jghixu.  Huma dawk li dejjem jahsbu kif ser jinhallu halli jinghataw ghal ohrajn, ikunu ta’ servizz u qadi ghall-proxxmu taghhom fil- bzonn ghal Kristu. Ifhem sew x’ried jghid Kristu meta qal : “ X’jiswielu l-bniedem li jakkwista l-gid kollu tad-dinja u mbaghad jitlef ruhu.”

Jinghad li meta l-Papa Gwann Pawlu I, il-Papa ta’ 33 jum, kien kardinal ta’ Venezja, gie mitlub biex jikteb kelmtejn kull xahar ghall-gurnal kattoliku. U dan haseb biex jikteb ittra miftuha lil xi personagg tal-passat. L-ahhar ittra tieghu kienet lil Kristu. Kienet tghid bejn wiehed u iehor hekk: “ Meta inti ghidt, Imberkin il-foqra fl-ispirtu, imberkin dawk li jsofru l-mohqrija, ma kontx hdejk prezenti. Li kieku kont kont impespislek f’widnejk: “ F’gieh is-sema, Mulej ibdel is-suggett jekk trid tibqa’ izzomm is-segwaci tieghek maghquda mieghek. Ma tafx li l-bniedem irid il-kumdita’ u rikezzi? Inti qed twieghed il-persekuzzjoni u l-faqar. Min tahseb li ser jimxi warajk? Imma inti ma bzajtx u bqajt ghaddej bil-fehma tieghek. U smajtek tghid li inti l-qamha li trid tmut qabel ma tnissel il-frott u li ser isallbuk u minn fuq is-salib inti tigbed id-dinja kollha lejk.  Illum dan kollu sehh: ghollewk fuq salib; inti hadt vantagg minn dak is-salib biex tiftah dirajk u tigbed hafna nies lejk. U numru kbir ta’ nies resqu lejn is-salib tieghek u nxtehtu fi hdanek.”

Ahna bhala nsara mghammda ghamilna l-ghazla taghna u spiss nikkonfermawha u huwa sew li nahsbu fuq il-konsegwenzi ta’ din l–ghazla.  Nistghu nisimghu l-vuci tad-dinja li tghidilna: “ Il-kliem ta’ Gesu’ mhux muzika ghall-widna. Taghtix kaz serjament tal-kliem evangeliku. Imxi mal-kurrent.  Mhux kulhadd hekk qed jaghmel.” Jew nistghu nisimghu l-vuci ta’ Geremija l-profeta li tghidilna: “ Nimxu warajh, nimxu mieghu u mhux wahedna. Huwa qieghed maghna igorr parti mis-salib taghna u ghaldaqstant il-piz jihfief. “

Jiena dixxiplu ta’ Kristu jew ammiratur tieghu?

Bniedem li kien qieghed l-isptar tal-mohh kien jghid li hu Kristu. Ebda terapista ma seta’ jnehhilhu dan il-hsieb minn mohhu sakemm wiehed talab lir-ragel joqghod bil-wieqfa u jiftah idejh halli jkejlu.  Dan gab par twavel, imsiemer u martell u beda jsammar it-twavel f’forma ta’ salib. Il-pazjent mimli kurzita’ resaq lejh u qallu: “Hemm x’inti taghmel?”

It-terapista wiegbu: “ Ma ghidtlix li inti Kristu?”

“Iva. Da zgur.”

“Mela inti suppost li taf x’qed naghmel,” waqt li kompla jsammar t-twavel f’forma ta’ salib.
Il-pazjent  ghajjat: “ Le, le . Jiena mhux Kristu. Inti qed tiggennen. Mhux ser nissallab.”
Hafna huma li lil Kristu jzommuh bhala ammiratur, u inti u jiena kif inqisuh?
Ejjew nitolbu lil Kristu biex isawwab fuqna l-ispirtu tieghu halli nimxu ‘l quddiem ghall-hajja eterna. 

Make a free website with Yola