jesusandmary

IS-SUCCESS HUWA BHAL PENDULUM – TAQTAX QALBEK.

 

Il-kultura tad-dinja tpoggilna quddiema l-idea li s-success ghandu jkun wiehed ta’ malajr, dejjem nitilghu ‘l fuq, minn glorja ghal ohra, sakemm ahna insuru jew inhossuna l-persuna tas-success bil-kulur tal-gilda taghna perfetta, snien perfetti bojod u sbieh, l-istil tax-xaghar l-aktar perfett, gisem perfett, akkont tal-bank perfett ghax mimli, dar perfetta, fi ftit kliem kollox perfett u skont qalbna u xewqitna.

Tajjeb ejjew nergghu nahsbuha. Ir-ricetta spiritwali ghas-success ma tixbahx lil din id-deskrizzjoni ta’ fuq. Ghandha ghal qalbha s-semplicita’ u l-awtencita’. L-isfida trid tkun reali anke jekk imperfetta ghal xi zmien u l-perfezzjoni li ahna nfittxu hija l-perfezzjoni tal-persuna, tar-ruh, tal-qalb u ta’ l-ispirtu li jehtiegu rikonciljazzjoni u restawr kontinwu.

It-triq ghar-rikonciljazzjoni u r-restawr hija wahda pendulari, jigifieri daqqa ‘l hemm u daqqa ‘l hawn bhala ma jahdem arlogg tal-pendulum. Il-progress huwa pendulari. Daqqa ‘l quddiem u daqqa lura.

Anke fil-hajja spiritwali hekk jigri.  Nimxu ‘l quddiem fit-talb u l-penitenza. Imbaghad naghmlu zmien li naqghu lura. U nhabbtu wiccna mad-dnub. Ahna fragli u nehlu. “Ma jimpurtax kemm-il darba naqghu, izda jghodd kemm-il darba nqumu.”

Ruh qatt ma hi qrib ta’ Alla hlief meta ddur Lejh b’qalb niedma. L-Iskrittura tghidlina li “ruh niedma u sobghiena, Inti ma twarrabhiex O Alla.”  Meta ruh hija sobghiena dak hu l-mument li ttir lejn Alla.

Ghalhekk il-progress lejn Alla huwa zewg passi ‘l quddiem u iehor lura. Tlett passi ‘l quddiem u tnejn lura. Erba passi ‘l quddiem u tlieta lura.

Qatt ma ghandna nkunu skoraggiti mill-fjaski taghna jew imhawda minn dak li ghalina narawh nuqqas ta’ success.

Sakemm inqumu u nirritornaw fi hdan Alla, bis-sahha tal-Hniena Tieghu, allura l-waqa’ taghna hija esperjenza ohra li tghallimna li l-sforzi taghna biss huma disastru, imma l-isforzi taghna mghejjuna bil-grazzja ta’ Dak li jhobbna jsiru success.

 

Make a free website with Yola