jesusandmary

IT-TALB


Meta zaghzugh kien ser jidhol gewwa monasterju biex jaqbad it-triq ghall-patri xi hadd staqsieh: “ Ghaliex zaghzugh bhalek se tahli hajtek maghluq fil-kunvent?”

Is-socjeta’ ta’ zminijietna li ma jonqosha xejn, izda mhux sodisfatta, tiddetermina s-siwi tal-bniedem mill-livell tas-salarju tieghu, jew il-klassi tas-socjeta’ li minnha gej jew kemm ghandu ittri wara ismu jew................

It-talb fi zmiena hu meqjus bhala xi haga ta’ bla importanza. Titpogga l-ahhar fil-lista tal-prijoritajiet taghna jekk issibha hemm.

Imma tajjeb nghiduha bla tlaqliq li t-talb huwa mehtieg daqs l-arti, l-muzika u l-isport. It-talb jiftah lill-bniedem ghall-livel frisk ta’ umanita’ gdida u dimensjoni ta’ realta’. It-talb jiftah il-qalb u l-mohh ghal dak li hu superjuri u jipprepara l-persuna ordinarja ghal dak li hu etern. F’dan is-sens it-talb huwa tant importanti ghaliex ihejji lill-persuna tara ‘l quddiem x’gej wara din il-hajja. Temmen li bit-talb  gej mill-qalb il-persuna timbidel. It-talb ma jibdilx lil Alla izda lil min jitlob.------Kierkegard. Din hija verita’. Meta nitolbu qed naduraw lil Alla u naghtuh gieh ghax hu l-Mulej taghna, imma fl-istess hin ahna niehdu gid kbir minn kull laqgha li jkollna mieghu, ghax it-talb hu laqgha ma’ Alla. Meta t-talb taghna ikun gej mill-qalb u ma jkunx caqlieq tax-xuftejn inkunu qed nintelqu f’idejn Alla biex niġu ffurmati skond ix-xbieha tiegħu; biex jaghmel minna dak li jrid HU.

U hawn tidhol il-mistoqsija: Kemm huwa ta’ htiega t-talb?. Meta ahna nifthu qalbna ma’ Alla bit-talb, insiru persuni li kapaci naghmlu hwejjeg li qatt ma konna bsarna bihom. Bit-talb tikber il-fidi taghna, it-tama taghna u l-imhabba taghna lejn Alla u lejn il-bnedmin. Santa Tereza tal-Bambin Gesu’ qatt ma marret il-missjoni, madankollu kienet titlob u toffri t-talb taghha ghall-konverzjoni tal-midimbin u ta’ dawk li ma jemmnux f’Alla. U llum hija l-protettrici tal-missjoni.

Bit-talb, qawwa gdida tinzera’ fil-hajja ta’ bniedem ordinarju u taghmlu kapaci li jwettaq hwejjeg straordinarji.  Jekk wiehed ghandu xi dubju dwar dan, allura jaqra l-hajjiet tal-qaddisin u jikkonkludi kemm dan hu minnu. Bis-sahha tat-talb dawn il-qaddisin, li wara kollox kienu nies komuni  u ordinarji, wettqu mirakli u fejqan fir-ruh u fil-gisem bis-sahha tal-grazzja ta’ Alla.

It-talb huwa bhal qawwa eletrika ghal batterija ghajjiena. It-talb huwa mezz li bih il-batterija tintela’ bil-qawwa ta’ l-eletricita’ u biha jithaddmu apparati ohra. L-istess jigri fir-ruh taghna – ir-ruh thossha ghajjiena, bla hila mitluqa, izda it-talb jaghtiha dik il-qawwa biex terga’ tqum, tiehu l-hajja u timxi ‘l quddiem.

Meta nidraw nitolbu aħna ma nħossux din it-trasformazzjoni imma meta jkollna l-kuraġġ li ngħaddu l-ħin ma’ Alla nintebħu bil-bidla iktar ma jgħaddi ż-żmien. It-talb ikun qed inissel fina paċi profonda u qed ibiddel l-atteġġjament tagħna lejn l-oħrajn. Meta niftħu qalbna għal Alla, din tinfetaħ aktar għall-proxxmu. It-talb jibdilna wkoll billi nibdew nirreaġixxu aħjar għall-provi tal-ħajja.

It-talb huwa c-cavetta ta’ hajja ta’ fidi.

Mela nitolbu u nitolbu, u nitolbu mhux bix-xuftejn, izda mill-qalb.

Make a free website with Yola