jesusandmary

KONT ZBALJATA

IL-KONVERZJONI TA’ NORMA MCCORVEY

 

 Norma McCorvey  kienet  wahda mill-aktar persuni nvoluti fil-kawza favur l-abort. U bis-sahha u l-hidma taghha, il-Qorti Suprema qatghitha li l-abort isir legali gewwa l-Istati Uniti. Hija kienet tahdem fi klinika li taghmel l-abort u ghal hafna snin kienet tghix f’relazzjoni ma’ mara ohra.

Imma llum hija mara ta’ fibra u stoffa differenti. Hija favur l-hajja u kontra l-abort barra li hija wkoll kattolika prattikanti. Kif sehh dan? Ftakar li ghal Alla kollox hu possibli. Il-grazzja tieghu tilhaq lil kulhadd u taghmel ghegubijiet kbar.

 

TFULIJA MHAWDA

Imwielda fis-sena 1947, McCorvey ghaddiet minn tfulija mhawda u terribbli. Missierha abbanduna l-familja taghha u ommha kienet alkoholika. Meta tfarfret u saret tfajla xellfet difrejha mal-ligi ghax inqabdet tisraq. Intbaghtet ghal xi snin fi skola kattolika, izda meta kellha biss 15 il-sena telqet u marret tghix mal-kuginha taghha.

Ta’ sittax izzewget izda ftit wara halliet lir-ragel taghha ghaliex kien jabbuza minnha. Marret toqghod ma’ ommha u welldet l-ewwel tarbija taghha ta’ 18 il-sena. Tatha ghax-xorb u bdiet tuza’ u tmexxi d-droga.

F’dan it-tahwid kollu ommha labghitha billi gaghlitha tiffirma l-karti tal-kustodja ta’ binha u mbaghad tefitha ‘l barra mid-dar. Ftit wara dan it-tahwid kollu kellha tarbija ohra li imbaghad tatha ghal addozzjoni.

Hajjitha kienet problema wahda, li kompliet tibker minn jum ghal iehor.

IL-GIBDA TAGHHA

Ta’ 21 sena marret tghix ma’ missierha u tahdem b’paga baxxa.  Hija harget tqila bit-tielet tarbija. Hbiebha hajruha biex tghid li giet stuprat  bit-tama li tkun tista’ tnehhi it-tarbija. Bil-hsieb li jkun hemm eccezzjoni legali fil-ligi ta’ kontra l-abort ta’ Texas halli toqtol it-tarbija fil-guf taghha, sabet li dan ma kien minnu xejn. 

Wara li ma rnexxilhiex takkwista abort, McCorvey marret ghand zewg avukati li kienu qed ifittxu mara tqila li qed titlob l-abort biex jisfidaw l-ligijiet ta’ l-abort go Texas. Hija rrepetiet il-gidba li kienet stuprata minn xi irgiel. Haga ta’ l-ghageb hija qatt ma attendiet xi wahda minn dawn il-laqghat fil-qorti; kienet biss tiffirma l-karti li kienu jipprezentawlha. Sa danittant hija welldet it-tielet tarbija (dik li riedet toqtol fil-guf taghha) u tatha ghal adozzjoni u kompliet bil-hajja taghha normali.

ISSA FAVUR IL-HAJJA U KONTRA L-ABORT

Tajjeb wiehed ikun jaf li matul il-glieda legali fil-qrati ta’ l-Istati Uniti l-identita’ taghha kienet mibdula f’Jane Roe u ma kienx qabel nofs is-sena 1980 meta kixfet il-veru identita’ taghha, li isimha kien McCorvey. Hija bdiet tahdem fi klinika ta’ l-abort u fis-sena 1994 hija ppublikat l-awtobiografija taghha taht l-isem I AM ROE.

U kien minn hawn ‘l quddiem li l-affarijiet bdew jinbidlu. Meta kienet qed tiffirma l-ktieb taghha, Flip Benham li kien favur il-hajja akkuzaha li kienet responsabbli tal-mewt ta’ ‘l fuq minn 33 miljun tarbija. Sitt gimghat wara Flip waqqaf il-kwartieri tas-Socjeta tieghu Operation Rescue hdejn il-klinka ta’ l-abort fejn McCorvey kienet tahdem.

Ghalkemm fil-bidu hija rrifjutat kull attentat li titkellem mieghu, hija eventwalment bdiet tithaddet mieghu meta kienet tieqaf u tiehu pawsa biex tpejjep. Waqt wahda mill-konversazzjonijiet huwa qalilha li kien ilu ma jattendi ghall kuncert tal-BeachBoys sa mis-sena 1976. Ghal xi raguni jew ohra dan biddel l-attegjament taghha lejn Benham, forsi ghax rat id-dedikazzjoni tieghu ghal l-idejal favur il-hajja u minn dak in-nhar saru hbieb.

Ftit wara hija kienet mistiedna biex izzur l-ufficini ta’ Operation Rescue u mal-hajt innutat poster fuq l-izvilupp tal-fetus uman. Dan il-poster laqghatha ghax aktar tard hija kitbet hekk: “L-isvilupp kien hekk car, l-ghajnejn kienu tant helwin. Hassejt weggha f’qalbi meta harist lejhom. Jiena grejt ‘l barra u fl-ahhar ghidt lili nnifsi: “Norma dawn in-nies ghandhom ragun.” Hdimt ma’ nisa tqal ghal bosta snin. Jiena nnifsi ghaddejt minn tqala ghal tlett darbiet u wellidthom.  Missini kont naf.  Madankollu xi haga f’dak il-poster hasditni u hallietni bla nifs. Baqa’ stampat go mohhi d-dehra ta’ embrijun ta’ ghaxar gimghat u ghidt lili nnifsi “ Dik tarbija”  Bhal ghamad waqa’ minn quddiem ghajnejja u fl-ahhar fhimt li dik kienet tarbija.”

“Hassjet piz tqil fuq spallejja ghal din il-verita’. Kelli nhabbat wicci ma’ realta tal-biza’. L-abort kien dwar trabi li jigu maqtula fil-guf ta’ ommijiethom.  Dawk is-snin kollha kont fi zball kif kien zball li kont nahdem fi klinika li taghmel l-abort. Kienet haga cara.”

Sena wara hija biddlet il-fehma taghha fuq l-abort u  mhux biss qatghet ir-relazzjoni taghha ma’ mara ohra, izda ddecidiet li issir Evangelika. U fit-8 ta’ Awissu tas-sena 1995 Benham ghammidha pubblikament quddiem it-televizzjoni nazzjonali fi swimming pool.

FIT-TRIQ LEJN IL-KNISJA KATTOLIKA

Fil-hidma taghha favur il-hajja hija saret habiba ta’ Fr Frank Pavone, sacerdot kattoliku li ddedika hajtu biex jeqred il-pjaga ta’ l-abort. Jum wiehed waqt it-talb, hija hasset lil Alla jghidilha li dalwaqt tkun Hdejh. Indexhet meta dan ghaliha kien ifisser li ser tmut fil-qarib futur u tkellmet ma’ Fr Pavone li qalilha biex tkompli titlob halli tifhem dak li ried minnha Alla.

“Hija tat piz lill-kliem ta’ Fr Pavone. Aktar tard hija kitbet: Jiena smajt minn dak li qalli Fr Pavone u aktar tard fhimt li dak li Alla kien qed jghidli kien biex nersaq aktar Lejh, lejn il-Knisja tieghu, il-Knisja li waqqaf Gesu’ Kristu nnifsu.” Fil-knisja evangelika ta’ Waco go Texas hija habbret li kkonvertit ghall-fidi Kattolika.

Hija rceviet l-Grizma ta’ l-Isqof u l-Ewwel Tqarbin fis-17 ta’ Awwisu tas-sena 1988.  Hija ghadha attivita fil-hidma taghha ghall-hajja u kattolika prattikanti sal lum.

Minkejja l-passat imhawwad taghha u l-hdima taghha biex ikun legalizzat l-abort McCorvey irceviet mahfra bil-grazzja ta’ Alla.

FTAKAR DEJJEM LI ALLA JISTA’ JILHAQ LIL KULHADD.

 

Make a free website with Yola